FA Trophy: Hamrun S. b’rebħa komda

  • Jan 26, 2020 19:39
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Christine Borg

    Swieqi Utd..... 1

    Hamrun S....... 3

    Hamrun Spartans ftit li xejn tħabtu biex għelbu lit-team tal-Ewwel Diviżjoni, Swieqi United bl-is­kor ta’ 3-1, biex kisbu l-passaġġ għall-kwarti finali, bi tnejn mill-goals tagħ­hom jaslu minn ta’ Karl Micallef.

    Kienu l-Ispartans li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss ħames minuti, rebħu penalty meta Marc Attard waqqa’ lil Jorge Ailton Soares fil-kaxxa.

    Iżda mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess Jorge Ailton Soares li kien erratiku fil-konklużjoni tiegħu, hekk kif ra lill-goalkeeper ta’ Swieqi, Edward Gatt, isalva bi bravura.

    Fis-16-il minuta Hamrun fetħu l-iskor, meta wara li rċieva minn cross preċiż ta’ Matthew Gauci, KARL MICALLEF, ikkonkluda b’daqqa ta’ ras stupenda bil-ballun jaħbat ma sieq il-lasta qabel jintemm ġewwa.

    Fil-45 minuta, reġa’ kien Karl Micallef, li ħoloq il-periklu għall-Ispartans, hekk kif kellu xutt b’saħħtu mid-distanza jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper Edward Gatt.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ispartans ħarġu ferm aggressivi u fis-47 minuta Mattia Cinquini għadda lejn Jorge Ailton Soares li avvanza waħdu,  ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Edward Gatt iżda ra lill-istess goalkeeper isalva tajjeb.

    Iżda t-tieni goal għalihom kellu jasal fit-63 minuta meta Jorge Ailton Soares indirizza cross perfett lejn KARL MICALLEF, li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin, tintemm ġewwa.

    Fit-78 minuta, Swieqi naqqsu l-marġni tal-iskor meta xutt minn tarf il-kaxxa ta’ RODERICK TALIANA ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ riserva Jean Claude Debattista.

    Fid-90 minuta, Hamrun Spartans is­siġillaw ir-rebħa  meta minn azzjoni ta’ kontrattakk veloċi, Jorge Ailton Soares avvanza tajjeb, dar ma’ difensur avversarju qabel xeħet cross fil-baxx lejn NICOLA LEONE li tefa’ l-ballun f’lasti vojta.

    SWIEQI U.: 1-Edward Gatt, 4-Marc Attard, 5-Kyle Muscat (20-Liam Grech 73), 6-Kristian Sultana (13-Shaun Bugeja 42), 7-David Alan Schembri Wismayer, 9-Felipe Fernandes Nunes, 16-Ibrahim Sales (19-Ebenezer Ayorinde Tejumola 70), 18-Melvin Farrugia, 22-Josuael Azzopardi, 23-Roderick Taliana, 24-Dayle Borg  - Coach:  Rodney Bugeja

    HAMRUN S.: 26-Manuel Bartolo (12-Jean Claude Debattista 76), 2-Alessio Capitelli, 8-Conor Borg (22-Kieran Higgins 85), 9-Jorge Ailton Soares, 16-Matthew Gauci, 17-Nicola Leone, 20-Darren Borg (7-Nikolai Micallef 90), 28-André Scicluna, 30-Karl Micallef, 84-Valdo Goncalves Alhinho, 90-Mattia Cinquini  - Coach: Manuele Blasi

    REFEREE: Slobodan Petrovic

    ASS. REFEREES:Edward Spiteri, Duncan Spencer

    RABA’ UFF: Darryl Agius

    SKORERS:K. Micallef 16, 63, N. Leone 90 (H), R. Taliana 78 (S)

    AMMONITI:K. Muscat (S), A. Capitelli, N. Leone (H)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0