FA Trophy: Valletta jiddominaw ... u jikkwalifikaw

  • Jan 26, 2020 19:38
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Christine Borg

    Valletta .......... 4

    Sirens ............ 1

    Valletta għaddew mal-aħħar tmien­ja tal-FA Trophy, meta meritatament għelbu lil Sirens bl-iskor kbir ta’ 4-1, f’partita li huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem.

    Kienu Sirens li ħarġu fuq l-offensiva meta appena għaddiet minuta, Ricardo Faria xeħet cross lejn Flavio Silva Cheveresan li iżda minn taħt il-lasti laqat ħażin biex l-azzjoni sfumat fix-xejn.

    U ta’ dan huma pattew qares hekk kif fis-seba’ minuta, minn azzjoni ta’ corner, Miguel Angel Alba xeħet cross lejn BOJAN KALJEVIC, li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm fix-xibka. 

    Mal-ħin kompla d-dominju assolut Belti u fis-27 minuta huma rduppjaw l-iskor meta Bojan Kaljevic indirizza cross lejn MATTEO PICIOLLO, li b’akrobazija  mill-isbaħ tefa’ l-ballun wara David Cassar.

    Il-Hotspurs wieġbu fid-39 minuta meta Ricardo Faria kellu xutt minn barra l-kaxxa jiġi salvat parzjalment mill-goalkeeper Belti, Yenz Cini, bid-difiża ta’ Valletta tkun pronta u tikklerja l-ballun ‘il bogħod minn kull periklu.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fis-46 minuta, Miguel Angel Alba xeħet cross mil-lemin lejn Matteo Piciollo li daħal bħal vleġġa u kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu jintemm barra.

    Sirens wieġbu fis-67 minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu minn free-kick indirett minn ġol-kaxxa ta’ Romeu Pericles Romao li għadda ftit għoli.

    Madankollu, fit-80 minuta kienu Valletta li skorjaw it-tielet goal permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ BOJAN KALJEVIC, li ma ta l-ebda ċans lil David Cassar isalva biex irreġistra doppjetta.

    Fid-89 minuta Sirens naqqsu l-marġni tal-iskor meta minn free-kick tal-captain Ryan Grech, RAPHAEL DOS ANJOS, approfitta bis-sħiħ minn ħarġa erratika ta’ Yenz Cini u mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.

    Fil-ħin miżjud Valletta ssiġillaw ir-rebħa meta Steve Borg għadda tajjeb lejn id-debuttant Kolumbjan JHONY MOISES BARRIOS, li kien ilu biss seba’ minuti fil-ground, u mill-viċin għeleb lil David Cassar.

    VALLETTA: 41-Yenz Cini, 4-Steve Borg, 5-Ryan Camilleri, 9-Bojan Kaljevic, 10-Matteo Piciollo (17-Jhony Moises Barrios 83), 11-Shaun Dimech, 16-Jean Borg, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 22-Nicholas Pulis (8-Santiago Malano 85), 27-Miguel Angel Alba (92-Ke-vin Tulimieri 71), 77-Triston Caruana - Coach: Darren Abdilla

    SIRENS: 24-David Cassar, 6-Ryan Grech, 8-Raphael Dos Anjos, 9-Emmanuel Okoye, 11-Ricardo Faria (15-Luke Sciberras 70), 20-Ige Abdullahi Adeshina, 32-Edward Herrera (19-Adrian Borg 57), 90-Romeu Pericles Romao, 94-Lucas Memezes Romario, 97-Thiago Espindola, 99-Flavio Silva Cheveresan - Coach: Steve D’Amato

    REFEREE: Emanuel Grech

    ASS. REFEREES:Thomas Debono, James Muscat

    RABA’ UFF: Matthew Degabriele

    SKORERS:B. Kaljevic 7, M. Piciollo 27, 80, J. M. Barrios 90 (V), R. Dos Anjos 89 (S)

    AMMONITI:B. Kaljevic, R. Camilleri, E. M. Pena Beltre, Y. Cini (V), R. Dos Anjos, R. Grech, E. Okoye (S)

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0