L-Iran jiġġustizzja lill-baruni tad-droga magħruf bħala l- “Kukkudrill tal-Golf”

  • Jan 26, 2020 18:26
  • Miktub minn iNews

    L-Iran iġġustizzja lil baruni tad-droga li kien magħruf bħala l-“Kukkudrill tal-Golf Persjan”. Dan kien irrapportat mill-midja statali.

    Il-“Kukkudrill” kien arrestat waqt li kien qed jittrasferixxi aktar minn 100 tunellata ta’ draga f’ibħra internazzjonali.

    Ir-raġel, ta’ 36 sena, u raġel ieħor kompliċi tiegħu nqatlu wara snin twal ta’ ġbir ta’ informazzjoni fil-konfront tagħhom mis-servizzi sigrieti.

    L-Iran jiġġustizzja mijiet ta’ priġunieri kull sena.

    Amnesty International qalet li l-pajjiż kien iġġustizzja mill-inqas 253 persuna fl-2018. Dan ifisser tnaqqis ta’ 50% mill-507 persuni li kienu ġustizzjati matul is-sena preċedenti.

    Il-Kap Prosekutur tal-provinċja ta’ Hormozgan qal li l-“Kukkudrill” kien jopera taħt diversi ismijiet u profili differenti. “Huwa kien imexxi waħda mill-akbar netwerks għat-traffikar tad-droga fl-Iran u r-reġjun tal-madwar,” huwa żied jgħid.

    fir-rigward tal-identità reali tal-“Kukkudrill”, l-awtoritajiet naqsu milli jsemmu ismu. Huma taw biss l-inizjali tiegħu “AZ”, filwaqt li l-kompliċi tiegħu kellu l-inizjali “MH”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook