Mill-inqas 37 persuna jmutu kaġun ta' għargħar u valangi ta' tajn ikkaġunati minn xita rekord fil-Brażil

  • Jan 26, 2020 17:49
  • Miktub minn iNews

    Mill-inqas 37 persuna mietu fil-Brażil hekk kif xita rekord ikkawżat valangi ta’ tajn katastrofiċi fil-jum li jfakkar id-diżastru tad-diga Brumadinho.

    Ix-xita torrenzjali u l-maltempati qawwijin li ħakmu lix-Xlokk tal-pajjiż wasslu biex eluf ta’ persuni jkunu kostretti jaħarbu minn djarhom.

    Uffiċjali għall-Protezzjoni Ċivili lokali qalu li 25 persuna huma rapportati neqsin f’Minas Gerais – l-istat stat fejn kien seħħ id-diżastru katastrofiku tad-diga Brumadinho nhar il-25 ta’ Jannar tal-2019. Dakinhar kienu tilfu ħajjithom 250 persuna.

    Intant il-belt ta’ Belo Horizonte, irreġistrat 171 millimetru ta’ xita f’24 siegħa bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.

    L-Istitut Nazzjonali Metereoloġiku qal li l-ammont ta’ xita li niżlet fir-reġjun huwa l-aktar li qatt kien reġistrat mindu bdiet tinżamm din l-informazzjoni fl-1910.

    Aktar minn 2,500 persuna ħarbu minn djarhom mindu bdiet nieżla x-xita qalila.

    L-għargħar fir-reġjun wassal biex ġew ikkaġunati valangi ta’ tajn, b’toroq jiġu mblukkati, u diversi binjiet jiġġarrfu.

    Il-Gvernatur Gustavo Zema ddikjara stat ta’ emerġenza f’47 belt, mossa li normalment twassal għal għajnuna federali.

    Il-Gvernatur Zema ħabbar ukoll tlett ijiem ta’ luttu għal dawk li mietu fl-għargħar u l-valangi ta’ tajn.

    Il-biċċa l-kbira tal-vittmi mietu fil-valangi ta’ tajn, jew sfaw maqbudin fi djarhom wara li dawn iġġarrfu. Fost il-vittmi kien hemm żewġt itfal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook