Il-President George Vella se jindirizza attività kontra l-abort

  • Jan 26, 2020 17:02
  • Miktub minn iNews

    L-attività mistenniija sseħħ nhar il-Ħadd, 2 ta’ Frar; l-Isqof Awżiljarju se jqaddes waqt l-attività… 

    Il-Malta Unborn Child Platform ħabbret li ser torganizza għal darb'oħra Manifestazzjoni favur il-Ħajja mill-Konċepiment, fl-Oratorju tal-Konkatridral ta’ San Ġwann. L-attività ta’ din is-sena se jkollha fost il-kelliema tagħha għall-ewwel darba lill-President tar-Repubblika George Vella.

    Din se tkun l-ewwel darba kemm ilhom jiġu organizzati dawn it-tip ta’ attivitajiet li l-President tar-Reppublika attwali se jkun wieħed mill-kelliema f’attività bħal din.

    Filwaqt li l-President Vella ripetutament għamilha ċara li huwa kontra l-abort, deċiżjoni bħal din tista tkun waħda kontroversjali, hekk kif dan is-suġġett reġa' daħal fid-diskussjoni soċjo-politika Maltija.

    L-attività tal-MUCP, li qegħda sseħħ flimkien mal-Moviment ta’ Kana, se tinkludi mixja minn Bieb il-Belt, kif ukoll quddiesa ġewwa l-Kon-Katridral ċċelebrata mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi, liema quddiema sejra tiġi segwita b’manifestazzjoni quddiem l-imsemmi oratorju.

    Flimkien mal-President Vella, se jkun hemm ukoll diskors minn Ms Lydia Debono, id-Direttriċi ta’ Dar Ġużepp Debono f’Għawdex; Paul Vincenti u Dr Miriam Sciberras mill-Gift of Life u l-Malta Life Network rispettivament, kif ukoll “koppja miżżewġa.”

    L-aħbar ta’ din il-manifestazzjoni seħħet ftit jiem biss wara li l-President Amerikan Donald Trump għamel diskors pubbliku simili waqt l-attività ta’ March for Life fl-Istati Uniti, l-ewwel President Amerikan li għamel diskors f’attività ta’ din ix-xorti fl-istorja tal-pajjiż. L-involviment ta’ Trump f’attività bħal din kienet ukoll deċiżjoni kontroversjali għall-President attwali, u l-istess element kontroversjali mistenni jirrepeti ruħu hawn Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0