Mixli li kkaġuna ħsara fuq proprjetà, u hedded lil persuni waqt li kien xurban … Iwieġeb mhix ħati tal-akkużi

  • Jan 26, 2020 15:32
  • Miktub minn iNews

    Zelad Mohamed Abuzoda, raġel ta’ 40 sena mwieled il-Libja u residenti ż-Żejtun, wieġeb mhux ħati talli, f’żewġ episodji differenti waqt li kien fis-sakra, ikkaġuna ħsara fuq proprjetà privata, kif ukoll li kkaġuna ħsara lil żewġ persuni, kif ukoll hedded tnejn oħra, f'San Pawl il- Baħar.

    Skont l-Ispetturi Prosekuturi Godwin Scerri u Paula Ciantar, Abuzoda kiser il-paċi pubblika, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ libertà proviżorja li kienu imposti fuqu iktar kmieni dan ix-xahar, f’każ kriminali ieħor li huwa qiegħed jiffaċċja quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.

    Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, l-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

    L-Avukat Christian Camilleri saħaq li l-avukat tiegħu ma kienx qiegħed jikkontesta l-validità tal-arrest, u li kienet qiegħda tirriserva milli tagħmel it-talba għall-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju.

    Il-każ mistenni jitkompla jinstema' fil-jiem li ġejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0