Ċelebrazzjoni ta’ għaqda nazzjonali

  • Jan 26, 2020 14:11
  • Miktub minn iNews

    Il-President Vella: Urejna kemm il-poplu għandu qalbu kbira; Nibqa’ naħdem għall-għaqda sal-aħħar jum…

    Il-President ta’ Malta George Vella rringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi talli għal darb’oħra il-President’s Solidarity Fun Run b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation kienet turija tal-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi.

    Din kienet il-11-il edizzjoni tagħha u l-ewwel waħda taħt it-tmexxija tal-President Vella. 

    Il-President’s Solidarity Fun Run bdiet minn erba’ postijiet differenti u ġiet fi tmiemha fi Pjazza San Ġorġ.

    Il-President esprima sodisfazzjon kbir hekk kif bosta kienu dawk li pparteċipaw f’din l-okkażjoni u anke waqt L-Istrina biex b’hekk jinġabru flus għal min hu batut. Huwa qal li kienu ħafna dawk li sabu solliev u għajnuna mill-Malta Community Chest Fund u fisser li lkoll kemm aħna nistgħu niġu fil-bżonn. 

    Għal din ir-raġuni, il-President ħeġġeġ biex il-poplu jibqa’ wieħed magħqud, jirrispetta lil xulxin u jħobb lil kulħadd quddiem dak kollu li nistgħu naffaċċjaw bħala pajjiż u soċjetà. Għall-President l-għaqda hija ferm importanti tant li saħaq li se jibqa’ jaħdem għaliha sal-aħħar jum tal-Presidenza.

    Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela fisser li dan l-avveniment huwa ċelebrazzjoni ta’ għaqda nazzjonali li tgħaqqad lil kulħadd għal skop tant nobbli. Huwa qal li l-Fun Run tibgħat messaġġ ta’ kemm il-qalb temmen fil-ġustizzja soċjali filwaqt li tippromwovi element ieħor importanti, dak tal-attività fiżika.

    Il-Prim Ministru qal, “Ejja nkomplu niċċelebraw avvenimenti bħal dawn. Ma nħallus il-politika tifridna u nkomplu nissaħħu flimkien.”

    Preżenti kien hemm ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius li huwa wkoll qal li l-mard m’għandux kulur u li bħala poplu għandna naħdmu flimkien biex min hu batut nagħtuh l-għajnuna tagħna.

    Is-Sindku tal-Belt Alfred Zammit irringrazzja lil kull min kien involut u esprima l-gratitudni li l-Belt Valletta setgħet tilqa’ il-wirja ta’ solidarjetà. “Nuru kemm aħna poplu magħqud. M’hemmx Laburist u Nazzjonalist fejn jidħol il-mard. Illum flimkien qed insaħħu l-Malta Community Chest Fund u allaħares qatt tispiċċa. Kif ngħidu, il-mardi ma jistax jistenna.”

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ Enemed, Kevin Chircop sostna li jinsab kburi li bħala kumpanija qed jikkontribwixxu għal għan tant nobbli u li quddiem il-mard, Malta tingħaqqad flimkien mingħajr kuluri.

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta, Mark Cutajar rringrazzja lill-folla numeruża talli għal darb’oħra deher biċ-ċar li Malta hija pajjiż ġeneruż u b’saħħtu. Huwa fisser li din is-sena l-Fun Run se tkun waħda speċjali hekk kif apparti din li seħħet se jkun hemm oħra f’Ottubru.

    Din is-sena l-President’s Solidarity Fun Run saret fis-26 ta’ Jannar peress li kellha tiġi posposta għal din id-data minħabba l-maltemp u minħabba s-sigurtà tal-parteċipanti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook