Botta u risposta bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar il-miri stabbiliti għal enerġija alternattiva

  • Jan 26, 2020 13:31
  • Miktub minn iNews

    Il-Gvern Malti m’għandux għax jieħu xi lezzjonijiet mill-Oppożizzjoni, la dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija, u lanqas fejn għandu x’jaqsam mal-enerġija alternattiva.” Hekk saħaq il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma f’risposta għal stqarrija maħruġa lbieraħ mill-Partit Nazzjonalista, li fiha saħaq li l-Gvern falla milli jagħmel progress dwar l-enerġija rinovabbli.

    Filwaqt li għamel referenza għall-ftehim mal-Estonja biex Malta tixtri €2 miljun fi kreditu ta’ enerġija rinovabbli mill-Estonja, l-istqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista kienet tgħid li “l-poplu Malti se jkun qed iħallas lil dak Estonjan għall-inkompetenza ta’ Gvern Laburista”.

    Min-naħa l-oħra l-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar għall-Ilma rribatta li mill-istatistika uffiċjali maħruġa s’issa, jidher ċar li l-ġenerazzjoni tal-elettriku minn enerġija alternattiva f’erba’ snin bejn l-2014 u l-2018 żdiedet b’270%.

    Fl-istess waqt il-Ministeru tenna li “tajjeb li l-Oppożizzjoni, meta titkellem, tfakkar li fit-tmien snin li kienet fil-Gvern, mill-2004 sal-aħħar tal-2012, il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi alternattivi telgħet biss għal 2.9%.

    L-istqarrija kompliet temfasizza li minkejja li l-istatistika uffiċjali għall-2019 għadha ma ħarġitx, jidher li l-miri kważi ntlaħqu, u matul din is-sena se jkunu qed joħorġu diversi skemi u inizjattivi biex tiżdied b’mod kontinwu l-ġenerazzjoni tal-enerġija alternattiva biex Malta tkompli toqrob aktar lejn il-miri stabbiliti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook