L-akbar ajruplan tal-passiġġieri b'żewġ magni jlesti b'suċċess l-ewwel 'test flight'

  • Jan 26, 2020 11:27
  • Miktub minn iNews

    Boeing irnexxielha tlesti b’suċċess l-ewwel ‘test flight’ tal-akbar ajruplan tal-passiġġieri b’żewġ magni, il-Boeing 777X.

    It-titjira telqet minn Seattle, bl-ajruplan jibqa’ fl-ajru għal erba’ sigħat. Żewġ tentattivi għal ‘test flight’ aktar kmieni matul din il-ġimgħa kellhom jitħassru minħabba riħ qawwi.

    Minkejja li t-titjira kienet meqjusa bħala suċċess, jinħtieġu li jiżvolġu aktar testijiet qabel ma eventwalment l-ajruplan jibda jopera mal-linja tal-ajru Emirates is-sena li ġejja.

    L-ajruplan kien mistenni li jiġi mniedi matul din is-sena, madankollu t-tnedija tiegħu kellha tiġi posposta minħabba diffikultajiet tekniċi.

    L-ajruplan huwa verżjoni akbar u aktar effiċjenti tal-ajruplan tat-tip Boeing 777 mini-jumbo.

    Min-naħa tagħha boeing qalet li diġà daħlulha 309 ordni, b’kull ordni stmata aktar minn $442 miljun.

    Il-Boeing 777X mistenni li jkun ir-rivali tal-Airbus A350-1000, li kapaċi jilqa’ 360 passiġġier.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook