Tliet persuni jsofru ġrieħi f'ħabta bejn tliet karozzi fil-Fgura

  • Jan 26, 2020 09:48
  • Miktub minn iNews

    Tliet persuni sofrew ġrieħi, tnejn minnhom ta’ natura gravi wara li kienu invouti f’inċident bejn tliet vetturi fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15 p.m. fi Triq Ħaż-Żabbar, kantuniera ma’ Triq San Pietru.

    Jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi lil vettura tat-tip BMW 520D misjuqa minn raġel Sirjan ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi, u vettura tat-tip Toyota Starlet misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena residenti Raħal Ġdid.

    Vettura oħra tal-għamla Renault Clio misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Fgura ġarrbet xi ħsarat wara li ntlaqtet mill-vettura konsegwenza tal-impatt.

    Tliet irġiel Sirjani – ta’ 24 sena residenti Birkirkara, ta’ 23 sena residenti Santa Venera, u ta’ 39 sena residenti l-Marsa – kienu passiġġieri fil-vettura BMW.

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-vittmi, b’ambulanza tieħu lit-tfajla ta’ 22 sena u lir-raġel ta’ 23 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard it-tfajla ġiet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel għadha ma ġietx iċċertifikata.

    Il-passiġġier ta’ 39 sena ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li ngħata l-assistenza medika fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.

    Il-persuni l-oħrajn involuti fl-inċidnet ma sofrew l-ebda ġrieħi.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook