Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-uffiċini tal-MDA u jkollu laqgħa mal-kunsill tal-istess MDA

  • Jan 25, 2020 19:48
  • Miktub minn iNews

    Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l- Ippjanar Aaron Farrugia żar l-uffiċini tal-MDA fi Gwardamanġa, fejn iltaqa’ mal-ħaddiema u anke mal-istess Kunsill tal-Għaqda tal-Iżviluppaturi. 

    F’kelmtejn li għamel, il-Prim Ministru sostna li dan il-gvern se jara li jkompli jgħin biex l-industrija tal-kostruzzjoni tkompli tikber, liema industrija hija parti importanti mill-ekonomija ta’ pajjiżna, iżda tenna li dan għandu jsir b’bilanċ u b’rispett lejn l-ambjent u l-ġirien ta’ siti ta’ kostruzzjoni.

    Dr Abela stqarr li iva jista’ jkun hemm governanza tajba fl-istess ħin li din l-industrija tkun sejra tajjeb, mhux kif uħud jaħsbu li ma jistax ikun hemm governanza tajba biex din l-industrija tkun tista’ tiffjorixxi, anzi dawn jikkumplimentaw lil xulxin. 

    Il-Prim Ministru aċċenna għall-fatt li bħala pajjiż diġà tajna sinjali ċari u b’saħħithom fil-kuntest ta’ governanza matul l-aħħar jiem, u dawn is-sinjali ngħataw mhux biss f’pajjiżna, iżda anke barra minn Malta. Dr Abela qal li ma hemmx għalfejn tkun irrokkata l-ekonomija biex ikun hemm governanza tajba.

    Il-Prim Ministru semma wkoll id-deċiżjoni li jkun hemm ministeru fejn l-ambjent u l-ippjanar ikunu taħt l-istess responsabbiltà, deċiżjoni li fi kliemu se twassal sabiex ikun hemm aktar iċċekkjar u bilanċ bejn is-setturi. 

    Fl-aħħar nett, Dr Abela qal li dan il-qasam se jkompli jimxi ‘l quddiem filwaqt li jinżamm djalogu miftuħ, u min-naħa l-oħra li se jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha li hemm bżonn sabiex ikun hemm rispett lejn l-ambjent u r-residenti. 

    Min-naħa tiegħu, il-President tal-Għaqda tal-Iżviluppaturi Sandro Chetcuti qal li dan il-gvern huwa wieħed li ta u qed jagħti l-importanza lill-industrija. Is-Sur Chetcuti elenka numru ta’ sfidi li din l-industrija u pajjiżna għaddej minnhom fosthom dwar il-governanza, u talab li jkompli jkun hemm sinjali b’saħħithom f’dan ir-rigward.

    Fl-aħħar nett, l-MDA appellat sabiex ikun hemm sistema politika ġdida u bħala għaqda ressqet proposta li jkun hemm politiċi full-time, u allura anke Parlament full-time.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0