Il-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli tiltaqa’ mal-ħaddiema tal-ITS

  • Jan 25, 2020 19:30
  • Miktub minn iNews

    Fi żjara li l-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli għamlet fl-Istitut tal-Istudji għat-Turiżmu, l-ITS, hija faħħret ix-xogħol kollu li qed jagħmel dan l-istitut sabiex iħarreġ lil dawk l-istudenti li għada pitgħada se jkunu qed jaħdmu fi ħdan l-industrija tat-turiżmu u tal-ospitalità.

    Dan qed ikun rifless fin-numru ta’ studenti kemm Maltin kif ukoll barranin li rdoppja matul is-sena li għaddiet b’żieda ta’ kważi 90% fl-applikazzjonijiet tal-istudenti l-ġodda.

    Il-Ministru Farrugia Portelli nnutat l-importanza li dan l-istitut jagħti fejn jidħol riżorsa umana tant li din l-istituzzjoni ħasbet ukoll għall-studenti b’diżabbiltà bl-installazjoni ta’ kċina attrezzata u mgħammra b’dak kollu neċessarju. “Jeħtieġ li nibqgħu noħolmu u ninvestu sabiex inkomplu nattiraw iktar studenti u potenzjalment ħaddiema f’dan is-settur li kull ma jmur qed ikompli dejjem jiżdied” sostniet tgħid il-Ministru Farrugia Portelli.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech semma numru ta’ proġetti li din l-istituzzjoni se tkun qed taħdem fuqhom fiż-żmien li ġej fosthom il-ħsieb ta’ dormitorju li mistenni jakkomoda mal-175 student.

    Huwa esprima wkoll il-viżjoni tiegħu li minn Ottubru li ġej jibdew joffru l-ewwel degree tax-xorta tiegħu mmirat għal dawk li jixtiequ jieħdu ħsieb ċentri ta’ taħriġ tal-għadds.

    Il-Ministru Julia Farrugia Portelli temmet tgħid li tħares ’il quddiem sabiex tara lil din l-istituzzjoni tkompli timraħ u tipprepara lill-ħaddiema ta’ għada fis-settur turistiku.

    Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll iċ-Ċermen tal-Bord tal-Gvernaturi fi ħdan l-ITS, Carlo Micallef, u s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru, Ronald Mizzi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0