“L-Iran għadu disponibbli li jinnegozja mal-Istati Uniti”

  • Jan 25, 2020 15:47
  • Miktub minn iNews

    L-Iran mhux qed jagħlaq il-bibien għal taħditiet ġodda mal-Istati Uniti. Dan anke wara li l-ġeneral Iranjan Qassem Soleimani nqatel f’attakk mill-ajru mwettaq mill-Istati Uniti f’Baghdad. Kien il-Ministru Iranjan għall-Affarijiet Barranin, Mohammed Javad Zarif (ritratt), li qal dan f’intervista mal-magażin Ġermaniż Der Speigel.

    Zarif qal li huwa qatt ma kien se jagħlaq il-bieb għal taħditiet u qal li se jibqa’ jittama li n-nies ibiddlu l-approċċ tagħhom u jirrikonoxxu r-realtà.

    It-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi ilha teskala sa mill-2018, meta l-President Amerikan Donald Trump kien ħareġ lill-Istati Uniti mill-ftehim nukleari li kien hemm fis-seħħ mal-Iran. L-Istati Uniti kienet imponiet mill-ġdid sanzjonijiet li poġġew f’diffikultà l-ekonomija tal-Iran.

    Intant Zarif qal li l-Iran huwa dispost li jinnegozja mal-Istati Uniti, għalkemm baqa’ jinsisti li l-ewwel pass għandu jittieħed mill-amministrazzjoni Trump billi tneħħi s-sanzzjonijiet fil-konfront ta’ Tehran.

    Trump min-naħa l-oħra għadu jinsisti li l-ftehim ukleari li kien daħal fis-seħħ fl-2015 għandu jerġa’ jiġi negozjat mill-ġdid minħabba li ma kienx jindirizza l-programm dwar missili ballistiċi, jew l-involviment ta’ Tehran f’kunflitti reġjonali.

    Il-firmatarji l-oħrajn tal-ftehim – il-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit, iċ-Ċina u r-Russja – qed jipprovaw jagħmlu minn kollox biex iżommu l-ftehim fis-seħħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0