FA Trophy: Birkirkara fil-kwarti-finali b’rebħa fuq Mosta

  • Jan 24, 2020 22:14
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Christine Borg

    Mosta ............ 1

    Birkirkara ...... 2

    Kellha tkun doppjetta tal-Brażiljan Caio Henrique Prado  li tat il-passaġġ lil Birkirkara għall-kwarti tal-finali tal-FA Trophy. Dan hekk kif b’mod meritat, l-Istripes għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-1.

    Kienu l-Istripes li ħolqu l-ewwel periklu meta fit- tmien minuta, il-Brażiljan Henrique Prado avvanza waħdu fil-kaxxa, iżda x-xutt tiegħu ġie mblukkat mid-difiża ta’ Mosta.

    Huma komplew jiddettaw il-logħob u fl-14-il minuta Johann Bezzina għadda l-ballun lejn Federico Falcone li minn pożizzjoni ideali kellu t-tentattiv tiegħu jintemm barra.

    Mal-ħin kompla d-domin­ju assolut  tal-Istripes u fl-20 minuta, Johann Bezzina indirizza corner lejn Federico Falcone li bir-ras  għadda lejn Enrico Pepe li dar taj­jeb iżda kellu x-xutt tiegħu mblukkat minn Gabriel Aqui­lina.

    Erba’ minuti wara, huma reġgħu ħolqu l-periklu permezz ta’ xutt angolat fil-baxx ta’ Matthew Guillau­mier minn barra l-kaxxa li ġie salvat f’żewġ tentattivi mill-goalkeeper ta’ Mosta, Nicky Vella.

    Il-partita kompliet tisbieħ  u fid-39 minuta, Rafael Morisco kellu x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa salvat mill-goalkeeper tal-Istripes, Andrew Hogg.

    Fit-tieni taqsima Birkirkara ħarġu fuq l-offensiva u appena għaddew żewġ minuti fetħu l-iskor meta Matthew Guillaumier  serva lil CAIO HENRIQUE PRADO, li avvanza fil-kaxxa, dar tajjeb ma’ Nicky Vella, qabel tefa’ l-ballun fix-xibka.

    L-Istripes komplew jiddominaw  u sitt minuti wa­ra rduppjaw l-iskor meta CAIO HENRIQUE PRADO,  avvanza fuq il-lemin, qabeż żewġ difensuri avversarji u permezz ta’ xutt angolat fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

    Madankollu, Mosta wet­tqu reazzjoni mmedjata u fil-61 minuta, rebħu penalty meta Caio Henrique Prado waqqa’  lil Zachary Brincat fil-kaxxa.

    Mill-11-il metru nkariga ruħu l-istesss ZACHARY BRINCAT, li kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment minn Andrew Hogg, biex mir-rebound l-istess player żagħżugħ tefa’ l-ballun f’lasti vojta.

    MOSTA: 19-Nicky Vella, 5-Pedro Luiz Soares Gusso, 6-Gabriel Aquilina, 9-Takanori Yokochi, 10-Weverton Gomes (77-Zachary Brincat 50), 11-Duane Bonnici (18-Kyle Gatt 78), 15-Rafael Morisco, 16-Ebrima Sohna, 21-Christian Eric Gnahey, 22-Tyrone Farrugia, 30-Matias Muchardi  - Coach: Mark Miller

    BIRKIRKARA: 1-Andrew Hogg, 5-Enrico Pepe, 6-Matthew Guillaumier, 10-Johann Bezzina (14-Yannick Yankam 73), 11-Kurt Zammit, 18-Roderick Briffa, 20-Federico Falcone, 22-Cain Attard, 24-Caio Henrique Prado Rocha, 25-Oscar Matias Carniello, 77-Isaac Toah Ntow  - Coach:André Paus

    REFEREE: Darryl Agius

    ASS. REFEREES:Duncan Sultana, Darko Stankovic

    RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

    SKORERS:C. H. Prado Rocha 47, 53, Z. Brincat pen. 61 (M)

    AMMONITI:E. Sohna (M), R. Briffa, K. Zammit (B)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0