Waslu fl-aħħar it-tħejjijiet għall-Fun Run ? stennija kbira għall-edizzjoni tal-Ħadd li ġej

  • Jan 24, 2020 20:10
  • Miktub minn iNews

    Nhar il-Ħadd li ġej se ssir il-11-il edizzjoni tal-Fun Run, wara li kienet ġiet posposta minn Novembru minħabba l-maltemp. Għal din l-edizzjoni se jkun hemm 4 postijiet tat-tluq li huma r-Rabat (ġirja), Raħal Ġdid (mixja), l-Università tal-Qroqq (mixja) u Santa Venera (mixja). It-tluq se jkun għall-ħabta tal-10am iżda l-parteċipanti huma mħeġġa jkunu fil-post mhux iktar tard mid-9.15am.

    Kull min kien xtara t-shirt għall-Fun Run li kellha ssir f’Novembru jista’ jużah nhar il-Ħadd, iżda kull min għad m’għandux t-shirt jista’ jakkwistah mill-Palazz ta’ Sant’Anton, il-Kitchen Garden Ħ’Attard, il-Kumplessi Sportivi ta’ SportMalta f’Tal-Qroqq, Ħal Kirkop, il-Kottonera, Ta’ Kandja u r-Rabat Għawdex.  

    Is-Sibt 25 ta’ Jannar bejn id-9am u l-4pm se jkun hemm it-t-shirts fid-daħla tal-Belt, ħdejn il-Parlament, kif ukoll mill-Palazz ta’ Sant’Anton u l-Kitchen Garden Ħ’Attard. Se jkun hemm stands ukoll nhar il-Ħadd stess qabel it-tluq tal-Fun Run jiġifieri mir-Rabat, Raħal Ġdid, l-Università u Santa Venera.

    Sadanittant, il-Ħadd li ġej se jsiru arranġamenti speċifiċi għat-traffiku minħabba l-erba’ rotot li se jintużaw mill-parteċipanti għal dan l-avveniment:

    It-toroq milquta minħabba r-rotta tas-Saqqajja (Rabat) huma d-daħla tal-Imdina, Bus Terminus, Telgħa tas-Saqqajja, Triq l-Imdina, Triq iz-Żagħfran, Triq in-Nutar Zarb, Triq il-Kbira San Ġużepp, Triq P Xuereb, Triq Mountbatten, Triq Joe Gasan għall-Blata l-Bajda.

    It-toroq milquta minħabba r-rotta ta’ Raħal Ġdid huma Paola Square, Valletta Road, Paola Hill, DePaule Avenue, Sare’ Roundabout, Triq il-Baċir, Dock 7, Triq Chester, Prince Albert, Triq il-Biċċerija, Xatt il-Mollijiet, Triq is-Salib tal-Marsa, Triq Patri Feliċjan Bilocca, Triq Diċembru 13, Zerafa Street, għall-Blata l-Bajda.

    It-toroq milquta minħabba r-rotta tal-Università Tal-Qroqq huma Triq Mons. Carmelo Zammit, Judge Paolo Debono Street, Triq Mikiel Anton Vassalli, Ix-Xatt tal-Imsida, Triq Marina, Triq l-Indipendenza għall-Blata l-Bajda.

    It-toroq milquta minħabba r-rotta ta’ Santa Venera huma Triq il-Kbira San Ġużepp għall-Blata l-Bajda.  

    L-erba’ rotot jiltaqgħu l-Blata l-Bajda fi Triq Nazzjonali, u jibqgħu sejrin lejn Triq Sant’Anna, Triq l-Assedju l-Kbir, Vjal Re Dwardu, il-Funtana tat-Tritoni, għal Triq ir-Repubblika, bil-Fun Run tintemm fi Pjazza San Ġorġ.

    Qabel il-Fun Run se ssir quddies fil-Kappella tal-Università ta’ Malta, li se tibda fid-9am. Hu rrakkomandat li dakinhar tal-Fun Run jintuża t-trasport pubbliku. Kull min ikun liebes it-t-shirt tal-Fun Run se jkun jista’ jivvjaġġa bla ħlas nhar il-Ħadd 26 ta’ Jannar.

    Il-Fun Run qed issir bl-appoġġ ta’ diversi entitajiet fosthom SportMalta, Enemed, Eurosport, Bank of Valletta, BNF Bank, General Softdrinks, Famalco, Good Causes Fund, Malta Tourism Authority, Malta Public Transport, il-Forzi Armati ta’ Malta, il-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Red Cross, Transport Malta, LESA, Tipico u IRIS.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0