“Il-kliem użat minn Busuttil sar bi skop malinn” - Il-Ministru Edward Scicluna dwar tweet ta’ Simon Busuttil

  • Jan 24, 2020 18:36
  • Miktub minn iNews

    Fil-Qorti kompliet tinstema’ l-kawża ta’ libell li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fetaħ kontra l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil b’rabta ma’ ‘post’ li dan tal-aħħar tella’ fuq Twitter fejn implika li l-Ministru Scicluna seta’ b’xi mod kien involut f’ħasil tal-flus.

    F’affidavit, il-Prof. Scicluna stqarr li ħassu malafamat bi tweet ta’ Busuttil tad-19 ta’ Lulju 2019 meta dan ippubblika messaġġ fuq Twitter fejn kiteb li, “As a #eurozone country we CANNOT AFFORD to have a Finance Minister embroiled in a money laundering investigation. For the sake of our country, Edward Scicluna MUST GO NOW, at least until he clears his name.”

    Huwa qal li t-tweet, fejn issir referenza għall-ftehim dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet, saret b’intenzjoni ħażina da parti minn Busuttil, huwa inveritier u intiż biex itellef jew inaqqas ir-reputazzjoni tiegħu. Qal ukoll li dak li xerred Busuttil fuq il-midja soċjali ma kienx rappurtaġġ “fair and accurate” u li l-kliem użat minnu sar bi skop malinn.

    Tenna li bl-użu tal-kelma “investigation” minflok il-kelma “inquiry” Busuttil ikompli juru kemm ma kienx in bona fede. Iktar minn hekk sostna li Busuttil għoġbu juża l-kliem u s-sinjal “As a #eurozone country” bl-iskop biss li jxerred il-messaġġ tiegħu mal-isttiuzzjonijiet Ewropej u b’hekk itelliflu r-reputazzjoni tajba li għandu ma’ sħabu l-Ministri tal-Finanzi Ewropej tal-Eurozone.

    Min-naħa tiegħu, Busuttil baqa’ jżomm ma’ dak li kiteb fuq Twitter u qal fil-Qorti li ma kien hemm xejn malafamalanti fil-kitba tiegħu. Iżda l-Ministru Scicluna nsista li l-eks Kap tal-PN kellu intenzjonijiet malizzjużi fl-għażla tal-kliem tiegħu.

    Huwa tenna li l-allegazzjoni li Busuttil għamel fil-konfront tiegħu, li huwa qiegħed “embroiled in a money laundering investigation” ma ġiet bl-ebda mod imfissra fl-istess tweet u li Busuttil kellu jkun “fair and accurate” fil-konfront tiegħu qabel ixerred allegazzjonijiet infondati fuq il-midja soċjali. 

    L-Avukat Ivan Sammut deher għall-Ministru Edward Scicluna. L-Avukat Peter Grech deher għal Simon Busuttil.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0