Il-Parlament jiddiskuti l-Kummissarju fil-jiem li ġejjin

  • Jan 24, 2020 17:15
  • Miktub minn iNews

    Matul il-ġimgħa d-dieħla jew ta' warajha mistennija tibda d-diskussjoni parlamentari dwar il-mod ġdid kif se jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija.

    Kien il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Byron Camilleri li irrimarka dan ma' inewsmalta fejn spjega kif wara li jitressaq l-Ewwel Qari tal-abbozz id-diskussjoni ssir fil-plenarja.

    Id-diskussjoni jaf tieħu xahar għax trid tgħaddi mill-istadji kollha parlamentari qabel ma tinħareġ is-sejħa pubblika.

    L-Avukat Camilleri insista li din is-sistema hija waħda trasparenti fejn kumitat parlamentari se jagħrbel il-kandidat magħżul.

    Dan il-metodu se jkun wieħed ġdid għal Malta hekk kif b'mod ġenerali madwar l-Ewropa l-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizja ssir mill-Gvern u f'ebda pajjiż ieħor ma ssir biż-żewġ terzi tal-Parlament kif irid il-PN.

    Il-metodu l-ġdida għall-għażla tal-Kummissarju tħababr mill-Prim Ministru Robert Abela wara konsultazzjoni mal-kabinett.

    Bil-metodu l-ġdid se tkun il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, awtorita kostituzzjonali, li toħroġ is-sejħa pubblika.

    Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hija iffurmata minn żewġ rappreżentanti maħtura mill-Prim Ministru, tnejn mill-Kap tal-Oppożizzjoni u ċerpersin li għandu l-qbil taż-żewġ partiti ewlenin.

    F'każ li jkun hemm iktar minn żewġ persuni li japplikaw il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tagħmel 'shortlisting' għal żewġ kandidati li fl-opinjoni tagħha jkunu l-aktar denji li jokkupaw il-kariga.

    L-ismijiet jintbagħtu lill-Prim Ministru li jagħżel hu liema għandu jservi bħala Kummissarju tal-Pulizija qabel il-persuna magħżulha tidher quddiem kumitat parlamentari għal dak li qed jissejjaħ il-'grilling'.

    Ikun wara dan l-istadju li l-istess persuna tiġi konfermata jew le fit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija.

    Bħalissa l-Korp qed jitmexxa mill-Aġent Kummissarju Carmelo Magri wara li fis-17 ta' Jannar li għadda Lawrence Cutajar kien ippreżenta r-riżenja tiegħu minn Kummissarju, kariga li kien ilu jokkupa mill-2016.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0