It-team nazzjonali tal-futsal se jilgħab f’tournament internazzjonali

  • Jan 24, 2020 16:24
  • Miktub minn iNews

    It-team nazzjonali tal-futsal, immexxi minn Zeljko Anicic, se jospita l-logħob ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Futsal Euro Tournament bejn id-29 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar. Il-logħob se jsir fil-Kumpless Sportiv tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, f’Pembroke.

    Malta se tipparteċipa fi Grupp C li jinkludi wkoll il-Greċja, il-Polonja u l-Isvezja, li kollha huma timijiet ta’ kwalitá.

    It-team nazzjonali Malti għadu ġej minn żewġ logħbiet ta’ ħbiberija internazzjonali kontra l-Bulgarija fejn wara li l-ewwel logħba intemmet fi draw ta’ 2-2, fit-tieni konfront ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1.

    Proprju l-bieraħ saret konferenza tal-aħbarijiet rigward dan it-tournament bil-kelliem ewlieni jkun il-viċi-president tal-MFA, Matthew Paris.

    Hu beda biex feraħ lit-team nazzjonali Malti għall-wirjiet sodisfaċenti li kellhom kontra l-Bulgarija kif ukoll bir-reazzjoni pożittiva.

    L-Avukat Paris qal li minkejja kollox, il-players huma kollha saqajhom mal-art għax konxji li se jilagħbu kontra timijiet ferm aktar ikkwotati minnhom. L-għan tal-assoċjazzjoni Maltija jibqa’ dejjem li tkompli tkabbar il-profil ta’ din il-logħba u huwa  għal dan il-għan li qed isiru diskussjoni mal-FMA biex dejjem ikun hemm it-triq ‘il quddiem.

    Il-viċi-president tal-MFA qal li l-għan ewlieni li qed jaħdmu għalih huwa li jkun hemm kampjonat ta’ Taħt id-19-il sena li bih ikompli jżid il-parteċipazzjoni u fuq kollox iwitti t-triq għat-team nazzjonali tal-futur.

    Huwa ħabbar ukoll li għaddejjin diskussjonijiet mal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali sabiex waqt il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li se jkunu qed jiġu organizzati f’pajjiżna fis-sena 2023, jiġi inkluż il-futsal ukoll. L-Avukat Paris jemmen li din tista’ tkun opportunitá għal dan l-isport biex ikompli jikber u jżid ukoll fil-profil tiegħu.

    Barra minn hekk huwa ħeġġeġ ukoll lill-pubbliku sportiv Malti biex jattendi għal-logħob li se jkun impenjat fih it-team nazzjonali.

    Huwa żvela li s-South End Core se jkunu qed jagħtu s-sapport meħtieġ lill-players Maltin għal dawn it-tliet logħbiet importanti.

    Meta mistoqsi dwar il-frekwenza ta’ logħob li jkollu it-team nazzjonali Malti, il-viċi-president tal-MFA sostna li qed jaħdmu f’dan ir-rigward u xhieda ta’ dan kienu l-logħbiet ta’ ħbiberija li kellhom kontra l-Armenja ftit tax-xhur ilu.

    Meta mistoqsi dwar il-perċezzjoni li l-futsal f’pajjiżna qed imut mewta naturali, l-Avukat Paris wieġeb billi qal li r-realtá hi li naqsu t-timijiet iżda żdiedet il-kwalitá minħabba li l-logħob tajjeb li qed jipproduċu l-erba’ timijiet li jiffurmaw il-kompetizzjoni Elite.

    It-tieni kelliem kien il-Perit Mark Borg li filwaqt li rringrazzja lill-viċi-president tal-MFA għall-fiduċja li tah biex jorganizza dan it-tournament, kellu kliem ta’ tifħir dwar il-mod ta’ kif din l-assoċjazzjoni qed tippromwovi l-futsal f’pajjiżna.

    Għal Perit Borg dan hu ritorn f’dan l-isport hekk kif fil-passat kien ukoll il-president tal-FMA. Huwa qal li minħabba kwistjoni ta’ studju u xogħol kellu jieqaf għal ftit minn din il-logħba li tant iħobb iżda issa se jkun qed jirritorna bi pjaċir.

    Huwa qal li ilhom għal dawn l-aħħar xhur jaħdmu fuq l-organizazzjoni u l-loġistika biex it-turnament ikun suċċess.

    Sadanittant Malta tibda l-impenji tagħha f’dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni nhar l-Erbgħa li ġej, fil-5.00 pm meta tilgħab kontra l-Isvezja filwaqt li ġurnata wara tiffaċċja lill-Greċja. Imbagħad, Malta tilgħab l-aħħar logħba tagħha kontra l-Polonja, fl-1 ta’ Frar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0