Ħtieġa għal aktar koperazzjoni ġudizzjarja fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea

  • Jan 24, 2020 16:20
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis ipparteċipa waqt laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri għall-Ġustizzja, organizzata mill-Presidenza Kroata tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, f’Zagreb.

    Id-diskussjoni ffukat fuq il-valuri prinċipali Ewropej, is-saltna tad-dritt u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda fil-kamp ġudizzjarju. Dr Edward Zammit Lewis tkellem dwar il-ħtieġa għal aktar koperazzjoni ġudizzjarja fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea. Il-ministru saħaq li hemm bżonn ta’ aktar fondi Ewropej biex, mhux biss jingħata taħriġ lill-ġudikanti, iżda wkoll lil kull min jipprattika l-liġi f’kull stat membru. Il-ministru tenna li dan it-taħriġ hu importanti biex iċ-ċittadini Ewropej ikollhom qrati aktar effiċjenti, b’inqas spejjeż dovuti. B’hekk tkun assigurata l-aċċessibilità tal-qrati għal kull ċittadin. 

    Il-Ministru Zammit Lewis tkellem ukoll dwar l-importanza li fit-territorju tal-Unjoni Ewropea jkun hemm uniformità tad-dritt Ewropew biex ikollna wkoll qrati aktar ġusti u effiċjenti għall-kumpaniji, għan-negozjanti u għall-intrapriżi.

    Dr Edward Zammit Lewis kellu wkoll laqgħa mal-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Didier Reynders. Hawnekk, il-ministru spjega l-pjanijiet tal-Gvern Malti, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, u r-riformi li se jkunu qed isiru matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0