Il-POU tilqa’ r-riforma proposta minn Abela

  • Jan 24, 2020 14:50
  • Miktub minn iNews

    Il-Police Officers Union (POU) laqgħet f’din il-fażi inizjali ir-riforma proposta mill-Prim Ministru Robert Abela għal proċess ta’ selezzjoni li se jwassal biex il-Korp tal-Pulizija jkollu Kummissarju ġdid/a.

    Il-Union qalet li issa tistenna biex tara x’se jkunu r-rekwiżiti mitluba mill-Gvern għal din il-kariga u tinsab għad-dispożizzjoni biex tassisti f’kull fażi ta’ dan il-proċess.

    Il-POU rringrazzjat lill-Aġent Kummissarju Carmelo Magri li b’umiltà u kapaċità professjonali qiegħed jieħu ħsieb it-tmexxija tal-Korp u jassigura transazzjoni sottili meta eventwalment issir deċiżjoni dwar din il-kariga.

    Il-Prim Ministru qal li l-proċess jitlaq mill-prinċipju bażiku stabbilit mill-Kummissjoni ta’ Venezja, jiġifieri dik li l-għażla tkun miftuħa għal sejħa pubblika li se tkun qed tinħareġ mill-Public Service Commission.

    L-applikazzjonijiet jiġu evalwati minn din il-Kummissjoni, u eventwalment jiġu shortlisted żewġ kandidati, li fil-fehma tal-Kummissjoni jkunu l-aktar kongruwi biex jokkupaw il-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija.

    Minn hemm il-proċess jimxi f’idejn il-Prim Ministru biex ikun jista’ jagħmel l-għażla tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0