“Grazzi ta’ dak li kont. Grazzi talli għaddejtilna riflessjonijiet ta’ siwi għalina” … Iz-ziju ta' Christine, Mons Joseph Gauci, iqaddes il-quddiesa li fiha ngħatat l-aħħar tislima

  • Jan 23, 2020 16:16
  • Miktub minn iNews

    “Grazzi ta’ dak li kont. Grazzi ta’ dak li għaddejtilna riflessjonijiet ta’ siwi għalina.” Hekk saħaq iz-ziju ta’ Christine Gauci, il-Monsinjur Joseph Gauci, li anima l-konċelebrazzjoni li matulha ngħatat l-aħħar tislima lill-mara li nhar is-Sibt li għadda mietet traġikament waqt li kienet qed togħdos f’Imġarr ix-Xini.

    Mons Gauci qara diversi messaġġi ta’ persuni li fakkru lil Christine, li ddeskrivew lill-mara bħala li kellha qalb mimlija ħniena. Wieħed mill-messaġġi moqrijin minn Mons. Gauci kien jgħid li Christine kienet ta’ ispirazzjoni kbira għal u li wasslet biex din il-persuna tissieħeb fil-Forzi Armati.

    Mons. Gauci rrefera wkoll għall-fatt li n-neputija tiegħu kienet tieħu sehem f’diversi attivitajiet, fosthom fil-Banda La Stella, u anke fil-Chorus Urbanus.

    Il-kor Chorus Urbanus, tar-Rabat Għawdex, anima l-kor u daqq il-quddiesa li nkitbet għall-Papa Benedittu XVI meta kien qaddes fuq il-Fosos fi żjara li kien għamel f’pajjiżna f’April tal-2010.

    FILMAT u RITRATTI: JOE GRECH

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0