Il-GWU f'laqgħa mal-Ministru Byron Camilleri

  • Jan 23, 2020 15:33
  • Miktub minn iNews

    Delegazzjoni tal-GWU ltaqgħet mal-Ministru tal-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Byron Camilleri biex jiddiskutu temi li jaffettwaw il-membri tagħha.

    Fost il-membri li għandha fi ħdanha l-GWU hemm pulizija, suldati, uffiċjali tad-detenzjoni, gwardjani tal-Ħabs, gwardjani lokali, uffiċjali tal-protezzjoni ċivili, impjegati tal-AWAS (l-aġenzija li tieħu ħsieb l-immigranti) u anke uffiċjali tas-sigurta.

    Il-GWU spjegat lill-Ministru Camilleri l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-membri tagħha kif ukoll kwistjonijiet pendenti relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol biż-żewġ naħat jaqblu li jżommu kuntatt kontinwu bejniethom.

    Id-delegazzjoni tal-GWU għal din il-laqgħa, li saret fil-WMB, kienet immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri.

    Magħhom kien hemm ukoll is-Segretarju tat-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurta u l-Infurzar tal-Liġi Theo Vella kif ukoll il-President u l-Viċi-President tal-Police Officers' Union (POU) fi ħdan l-unjin, Ray Zammit u Steve Spiteri rispettivament.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0