Paul Zammit jinħatar coach ta’ Gzira United

  • Jan 23, 2020 14:44
  • Miktub minn iNews

    Gzira United ħatru lil Paul Zammit bħala l-coach il-ġdid tagħhom. Huwa ffirma kuntratt ta' sentejn u nofs mal-Maroons. Zammit kien beda l-karriera tiegħu fil-coaching ma' Mosta iżda ħalla l-club f'Ottubru tal-2005 biex ingħaqad ma' Valletta. Fis-sajf tal-2009, ingħaqad ma' Birkirkara fuq kuntratt ta' sentejn. Fi tmiem tal-kuntratt tiegħu, huwa ma nżammx mill-Istripes iżda xhur biss wara, eżattament f'Ottubru tal-2011, reġa' ġie ri-appuntat f'din il-kariga.

    Zammit ingħaqad ma' Valletta fl-2015, fejn qatta' sentejn qabel reġa' ngħaqad ma' Birkirkara fl-2017. Madankollu, f'Jannar tal-2019, tneħħa minn coach tal-Istripes hekk kif ġie appuntat John Arne Riise fil-kariga ta' direttur tekniku.

    Din l-aħbar waslet jumejn wara li sar magħruf li l-coach Taljan Giovanni Tedesco u Gzira United kienu waslu fi ftehim reċiproku li l-ex player ta' Perugia u Palermo fost oħrajn, ma jibqax fit-tmun ta' Gzira. Dan wara senisela ta' riżultati mhux daqstant sodisfaċenti tal-Maroons, fejn bħalissa jinsabu fir-raba' post tal-klassifika, sitt punti taħt il-leaders Floriana.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0