“Għinuna nsibu lil Ġilju”

  • Jan 23, 2020 11:28
  • Miktub minn iNews

    Tista’ tgħid li f’kull kumpless tan-nar f'Malta, issib xi kelb li bl-imħabba li joffri, inessi mhux ftit mit-tensjoni u t-tbatija li jgħaddi minnha kull pirotekniku.

    Il-pirotekniċi fi ħdan il-Kamra tan-Nar Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, jinsabu qalbhom maqsuma hekk kif fil-jiem li għaddew, il-kelb ta’ dan il-kumpless ma dehrx iżjed. Il-kelb, li jwieġeb għall-isem ta’ “Ġilju” (ritratt fuq) deher l-aħħar nhar is-Sibt 18 tax-xahar fl-inħawi ta’ Kandja limiti tas-Siġġiewi.

    Ġilju, kelb tar-razza fox-terrier li għandu sena u nofs, huwa ċċippjat u jista’ jintgħaraf mill-kullar blu kif ukoll mit-tabella b’ismu u numru fuq wara.

    “Ġilju” għeb ukoll ma’ kelb ieħor tal-istess razza li jwieġeb għall-sem ta’ “Milo” (ritratt isfel) li għandu madwar ħames snin. Dan tal-aħħar kien residenti f’razzett qrib l-istess kumpless tan-nar u kien iqatta’ ħafna ħin ma’ “Ġilju”. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook