Tnaqqis qawwi fl-għadd ta’ persuni li ma jaffordjawx iħallsu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma

  • Jan 23, 2020 10:22
  • Miktub minn iNews

    Illum hawn inqas minn nofs il-persuni li fl-2013 ma kinux jaffordjaw iħallsu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.

    Dan joħroġ minn statistika ppubblikata mill-Eurostat għall-2018, meta mqabbla mal-figuri tal-2013 u tal-2014.

    Fil-fatt, waqt li r-rata f’Malta bdiet tiżdied sena wara l-oħra taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, sakemm laħħqet l-14.5% fl-2014, din issa niżlet għal 6.9% fl-2018.

    Dan ifisser li waqt li fl-2013 u fl-2014 ir-rata f’Malta (14.5%) kienet 4.6 punti perċentwali ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea (9.9%), ir-rata f’pajjiżna fl-2018 (6.9%) niżlet għal daqs il-medja Ewropea (6.6%). It-tnaqqis f’pajjiżna kien iktar mid-doppju tat-tnaqqis fl-Unjoni Ewropea fl-aħħar 4 snin.

    Din l-istatistika li għadha kemm ħarġet tirrifletti statistika oħra li tikkonċerna n-numru ta’ dawk li ma jaffordjawx isaħħnu djarhom fix-xitwa. 

    Fil-fatt, l-għadd ta’ persuni li ma jifilħux isaħħnu djarhom illum (7.6%) hu inqas minn terz ta’ dak li kien hawn fl-2013 (23.4%).

    Skont ċifri tal-Eurostat, fl-2013 kien hawn kwart tal-popolazzjoni Maltija li ma kinitx f’qagħda li ssaħħan darha, u llum hawn biss wieħed minn kull 13-il persuna li ma tiflaħx tagħmel dan.

    Ir-rata ta’ Malta fl-2013 kienet aktar mid-doppju tal-medja tal-Unjoni Ewropea. Illum ir-rata f’Malta waqgħet għal inqas mill-medja Ewropea. L-avvanz li għamlet Malta f’dan ir-rigward iżda kien 4 darbiet ikbar minn dak li għamlet l-Unjoni Ewropea bħala medja.

    F’kumment li ta l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, dan l-avvanz kien dovut l-iktar għat-titjib ekonomiku fil-pajjiż li ħalla iktar flus fil-bwiet tal-familji Maltin u għar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma f’dawn l-aħħar snin. 

    Fl-istess waqt il-ministru tenna l-impenn tiegħu u tal-gvern li jibqa’ jagħmel aktar miżuri soċjali li jkomplu jtejbu l-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, sabiex ikomplu jintlaħqu iktar nies li għadhom f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali.

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook