“L-eks tiegħi jagħmel minn kollox biex jheddidni ... irrapporta li mhux qed nitma’ u naħsel lit-tfal” - Donna Anne Pace

  • Jan 23, 2020 09:28
  • Miktub minn iNews

    Tmintax-il sena tgħix esperjenza ta’ vjolenza domestika. Stejjer xokkanti li ħafna drabi jħalluk bla kliem. Stejjer li jħalluk tbati s-silenzju. Meta titkellem ma’ jemmnukx. Din kienet is-sitwazzjoni għal Donna Anne Pace li imbagħad wara snin taqla’ ddeċidiet li tiġġieled din is-sitwazzjoni. Illum regolarment titkellem u torganizza attivitajiet fejn tfiehem dak li għaddiet minnu. Mhux biss, għax f’dawn l-esperjenzi titkellem ukoll bit-theddid li għadha tirċievi mill-eks raġel tagħha. L-aħħar minn dawn kien rapport li sar lid-Dipartiment għas-Sigurtà Soċjali, liema rapport kien jgħid li hi mhix titma’ u taħsel lil uliedha. Ovvjament rapport bħal dan ma intimidax lil Donna. Illum hi taf li dan mhu xejn ħlief theddid minn min qed jipprova jagħmel minn kollox biex jheddidha.

    “Qed naqsam l-istorja tiegħi ... u naf li għal dan hemm riperkussjonijiet 

    Meta fl-aħħar jiem tkellmet ma’ IT-TORĊA dwar dan il-vjaġġ ġdid tagħha, vjaġġ li issa qed titkellem l-miftuħ dwar l-istorja tagħha, qalet li “naf li l-fatt li qed naqsam l-istorjaa tiegħi se jkun hemm riperkussjonijiet. Timmaġinaw li l-eks raġel tiegħi imma anki missieri u ħuti, għadhom juri ostilità u rabja lejja. Missieri jgħaddi minn ħdejja t-triq u jibqa’ għaddej, waqt li nħoss li hi xi ħaġa xokkanti għall-aħħar li missieri u ħuti għadhom jissoċjalizzaw mal-eks raġel tiegħi. Dan juri ħaġa waħda, li meta l-vittma issib il-qawwa ġewwiena ha biex tinħall u titbiegħed minn relazzjoni abbużiva u ta’ vjolenza domestika, ikun hawn li tiskopri il-vera karattri ta’ xi nies madwarek.”

    Tkompli tgħid li “mill-esperjenza ngħid li min ikun qed jagħmel l-abbuż fuqek ikun iridek temmen li it-tort għal dak li tkun qed tesperjena ikun tiegħek. Dawk li jwettqu l-abbużi jużaw ix-xibka tagħha ta’ qraba u ħbieb fejn iġibuha li huma jkunu l-vittmi u dawk li qed iwettqu l-abbuż. Ħafna minn dawk li jabbużaw huma makakki. Kapaċi jużaw il-poter u stateġiji ta’ kontroll biex jintimidaw u jikkontrollaw lill-vittmi. Dawn l-istrateġiji iwasslu lil min ikun qed jabbuża biex inaqqas il-kunfidenza fil-vittma.”

    Donna Anna Pace tgħid li “iż-żmien tal-festi tal-Milied u l- Ewwel tas-Sena huma meqjusin bħala l-aħjar żminijiet għall- aggressuri. Mill-esperjenza tiegħi nista’ ngħid li matul iż-żmien tal-festi, l-eks raġel tiegħi kien jiddeċiedi li jibdew ir-rota f’daqqa waħda. Kien jagħmel hekk għax kien iħoss li b’hekk kien qed ikollu l-kontroll fuq il-ħajja soċjali tiegħi u anke kien jaffettwa l-pjani tiegħi”.

    Tenfasizza li “l-eks raġel tiegħi bidel ir-rota fejn jirrigwarda l-ħin li hu jqatta’ mat-tfal tagħna, ma’ uliedu. Qed jiltaqa’ magħhom erba’ darbiet biss fix-xahar. Immaġinaw xi trawma għal dawn it-tfal iż-żgħar tagħna.”

    "Organizzajt attività u l-eks ġie hemm"

    Tkompli tgħid li ‘“ftit xhur ilu biss organizzajt attività. Kien xokk għalija li nara lil eks raġel u lis-sieħba tiegħu jattendu għall-attivita? u jpoġġu fuq is-siġġijiet li jien kont għamilt għall- mistednin. Din qistha bħala intimidazzjoni. Irrappurtajt lill- Pulizija iżda ma ttieħdet ebda azzjoni. ġejt infurmata li l-Pulizija ma jistgħu jieħdu l-ebda passi għax -ebda ħin jien ma irċevejt xi theddida. Ma intimidawnix għax ftakar f’ibni li kien marid u l- marda kienet ħadithuli. Għamilt il-kuraġġ u xorta tellajt l-attivita?”.

    "Mhux kollox negattiv"

    Tisħaq li “f’dawn is-snin mhux kollox kien negattiv. Finalment wara diversi appelli ngħatajt kumpens għall-vjolenza domestika li sofrejt. Ninsab kuntenta li qed naħdem fuq it-tieni ktieb tiegħi, dak dwar esperjenzi ta’ nisa vittmi ta’ vjolenza domestika.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook