Tfittxija għall-aggressur li spara u ħalla persuna mejta u sebgħa oħra midrubin fl-Istati Uniti

  • Jan 23, 2020 08:56
  • Miktub minn iNews

    Persuna nqatlet u sebgħa oħra ndarbu gravi meta aggressur beda jispara tiri f’żona li fiha jkun hemm ħafna nies fil-belt ta’ Seattle fl-Istati Uniti.
    Il-Pulizija qalet l-issa mhux magħruf il-motiv wara din il-kattiverja u kkonfermat li fost dawk li ndarbu hemm anke minorenni.
    Jidher li l-vittma hija mara u skont l-uffiċjali, il-persuni l-oħra ttieħdu fiċ-Ċentru Mediku ta’ Harborview.
    Il-Pulizija kkonfermat ukoll li għaddejja bi tfittxija tagħha għall-aggressur li ħarab mill-post u li s’issa għadu qiegħed jiġi mfittex.
    Wieħed mis-sidien tal-ħwienet li hemm fiż-żona ddeskriva dak li ra bħala tal-biża’ u li f’daqqa waħda beda jara nies jaqgħu fl-art u oħrajn jiġru biex isalvaw ġildhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook