“Studju li xxukkjani mhux ftit” ... Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar dwar l-abbużi fuq persuni LGBTIQ f’Paceville

  • Jan 23, 2020 08:39
  • Miktub minn Carmen Cachia

    B’referenza għal artiklu li deher fuq L-ORIZZONT u inewsmalta dwar studju li sar mill-Malta Gay Rights Movement (MGRM) dwar abbużi fuq persuni LGBTIQ f’Paceville, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u Riformi, Rosianne Cutajar stqarret ma’ L-ORIZZONT li dan l-istudju xxukkjaha mhux ftit. Hija qalet li fl-istess ħin dan se jkompli jimmotivaha biex issir aktar ħidma lejn soċjetà bbażata fuq ir-rispett.

    L-istudju ġabar risposti minn aktar 200 parteċipant li rrakkontaw każi ta’ diskriminazzjoni, abbużi u vjolenza serja fil-konfront tagħhom b’mod speċjali minn membri tas-sigurtà ta’ stabbilimenti f’Paceville. It-trattament ħażin lejhom ġie anke minn persuni jiddevertu fl-istabbilimenti, oħrajn fit-toroq u kien hemm min qal li ddieħku bihom anke membri tal-korp tal-Pulizija meta pprovaw jagħmlu rapport.

    Is-Segretarju Parlamentari Cutajar spjegat li l-ħidma legali f’dan il-kamp twettqet fejn il-vjolenza mmotivata minn mibgħeda għal persuni ta’ orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru differenti, diġà hija llegali u li mal-istess reat hemm pieni ħorox.

    Linji gwida għall-Pulizija u għas-Servizz Pubbliku

    “Xogħlna issa huwa ta’ infuzar u fuq kollox l-edukazzjoni,” qalet Cutajar. Hija żiedet tgħid li, “id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza jaħdem qatigħ fuq dan, fejn fost l-oħrajn bħalissa qiegħed jaħdem fuq linji gwida għall-Korp tal-Pulizija dwar kif iġibu ruħhom ma’ persuni trans u qiegħed jaħdem fuq linji gwida għas-Servizz Pubbliku dwar is-sess u l-ġeneru.” 

    Hija temmet tgħid li tħares ‘il quddiem għal ħidma, flimkien mal-membri tal-Kabinett, biex kull spazju pubbliku jkun sigur għal kulħadd.

    Dan l-istudju beda f’Ottubru tas-sena l-oħra meta l-MGRM għamlet kwestjonarju onlajn bi 15-il mistoqsija biex tanalizza s-sitwazzjoni reali f’Paceville. L-għan kien li jkun dokumentat u rrapportat dan l-abbuż u kemm hemm persuni minn din il-komunità li qegħdin isofru tgħajjir, vjolenza u/jew diskriminazzjoni. 

    Fost ilmenti li rċevew kien hemm dawk ta’ fastidju lejn nisa liżbjani, forza fiżika biex jifirdu koppji omosesswali li juru affezzjoni fil-pubbliku, tkeċċija minn stabbilimenti, diskriminazzjoni lejn klijenti LGBTIQ, tgħajjir u kliem dispreġġjattiv, kif ukoll każ serju ta’ stupru fejn il-vittma kellu bżonn jingħata l-kura l-isptar. 

    Problema oħra li l-komunità LGBTIQ ressqet f’dan l-istħarriġ kienet dik tat-toilets minħabba li dawn il-persuni ma tħallewx jużaw dak li jippreferu skont l-identifikazzjoni tal-ġeneru li huma komdi bih.

    Rosianne Cutajar ingħatat il-kariga ġdida ta’ Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi hekk kif ħa t-tmun f’idejh bħala Prim Ministru Robert Abela.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook