Tmut ir-raba' persuna kaġun tal-virus “Wuhan” … Il-WHO tikkunsidra li tiddikjara emerġenza internazzjonali

  • Jan 21, 2020 08:06
  • Miktub minn iNews

    L-awtoritajiet Ċiniżi kkonfermaw li persuna oħra mietet kaġun tal-virus ġdid li oriġina mill-belt ta’ Wuhan. B’hekk in-numru ta’ vittmi issa telgħu għal erbgħa. L-awtoritajiet tas-saħħa Ċiniżi kkonfermaw ukoll li l-marda tista’ tittieħed minn persuna għal oħra.

    L-aħħar vittma tal-virus “Wuhan” kien raġel ta’ 89 sena. Il-virus jikkawża tip ta’ pneumonia. Ir-raġel kien residenti mill-belt ta’ Wuhan.

    Aktar minn 200 każ ġew rapportati madwar l-ibliet prinċipali Ċiniżi, fosthom Beijing u Shanghai.

    L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) qed tikkunsidra li tiddikjara emerġenza internazzjonali għas-saħħa pubblika, l-istess bħalma għamelt fil-każi tas-swine flu u l-Ebola. Id-deċiżjoni dwar dan se tkun qed tittieħed waqt laqgħa li se tkun qed tiżvolġi għada.

    Fi stqarrija, il-Kummissjoni tas-Saħħa għall-Muniċipal ta’ Wuhan qalt li mill-inqas 15-il ħaddiem mediku wkoll ġew infettati bil-virus, b’wieħed minnhom jinsab f’qagħda kritika.

    Aktarx li l-ħaddiema ġew infettati bil-virus wara li ġew f’kuntatt ma’ pazjenti. Huma qed jinżammu f’iżolament waqt li qed jirċievu l-kura meħtieġa.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook