Waterpolo: Lgħabna aħjar iżda xorta tlifna

  • Jan 20, 2020 16:42
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Slovakkja....................... 8

    Malta............................. 4

    (3-1, 2-1, 1-2, 2-0)

    F’dik li tista’ titqies bħala l-aqwa wirja tal-Maltin f’dawn il-Kampjonati Ewro­pej tal-LEN li qed isiru fil-belt kapitali Ungeriża, Budapest, wirja qalbiena ma kinitx ma biżżejjed għal pajjiżna biex jevita telfa ta’ 8-4 kontra l-qawwa tas-Slovakkja liema logħba kienet valida mill-klassifikazzjoni għat-13-il po­­żizzjoni.

    Għaldaqstant, għada t-team Malti jilgħab l-aħħar logħba tiegħu, kontra l-Olanda, fit-tentattiv li jevita l-aħ­ħar post.

    Għal Malta spikka ferm il-captain Stevie Camilleri li rreġistra poker personali u dan wara li fiż-żewġ logħbiet preċedenti kontra t-Turkija u l-Ungerija rispettivament, naqas li jsib ix-xibka.

    Dan filwaqt li bejn il-lasti kellu logħba tajba wkoll il-goalkeeper, Nicky Grixti, li  salva lil pajjiżna milli jsofri aktar goals.

    Għal darb’oħra Malta ddi­żappuntat ferm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sitwaz­­zjonijiet ta’ man-ups fejn skorjat goal wieħed biss minn possibbiltá ta’ disgħa ...  biex l-istatistika kompliet tikkonferma li turi li pajjiżna huwa l-agħar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sitwazzjonijiet bħal dawn f’dan il-kampjonat.

    Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet it-tielet darba li Malta lagħbet kontra s-Slovakkja fil-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew.

    Dan hekk kif fl-2016 f’Belgrad fis-Serbja, Malta kienet megħluba 17-9 filwaqt li sena u nofs ilu f’Barcelona fi Spanja, Malta kienet tilfet ukoll din id-darba bl-iskor ta’ 11-6.

    Is-Slovakki għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals għalihom jaslu minn Juraj Zatovic (2) u Marek Molnar.

    Min-naħa l-oħra, l-uniku goal għal pajjiżna wasal minn Stevie Camilleri permezz ta’ xutt preċiż għar-rokna tax-xibka.

    Fit-tieni sessjoni, il-Maltin żammew il-pass mal-avversarji tagħhom iżda naqsu milli jsibu x-xibka minn tliet okkażjonijiet ta’ man-up.

    Is-Slovakki rebħu din is-sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bil-protagonisti tagħhom  ikunu Samuel Balaz u Maros Tkac, waqt li għal pajjiżna wieġeb is-solitu Stevie Camilleri permezz ta’ penalty.

    Malta wettqet reazzjoni tajba fit-tielet sessjoni u rebħitha bl-istess skor li s-Slovakki ttrijonfaw fit-tieni waħda, jiġifieri dak ta’ 2-1, bi Stevie Camilleri jirreġistra doppjetta personali f’temp ta’ minuta u nofs, bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up.

    Juray Zatovic skorja l-goal waħdani għas-Slovakki minn distanza ta’ sitt metri.

    It-tama hija l-aħħar li tmut u l-Maltin bdew l-aħħar sesjoni bi żvantaġġ ta’ żewġ goals, li fil-waterpolo mhu­miex ħafna.

    B’hekk pajjiżna ttama li seta’ jġib l-iskor indaqs iżda naqas milli jagħmel dan hekk kif sab lid-difiża Slovakka ferm kompatta u organizzata.

    Fil-fatt, is-Slovakki rebħu din is-sessjoni bl-iskor ta’ 2-0 bl-awturi tal-goals ikunu Juray Zatovic u Martin Kolarik.

    Il-formazzjonijiet:

    Malta: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta, 3-Andreas Galea, 4-Gabriel Pace, 5-Darren Zammit, 6-Matthew Zammit, 7-Stevie Camilleri (4), 8-Jordan Camilleri, 9-Jeremy Abela, 10-Aurelien Cousin, 11-Ben Plumpton, 12-Dino Zammit, 13-Alan Borg Cole

    Slovakkja: 1-Tomas Hoferica; 2-Matej Caraj; 3- Juraj Zatovic; 4-Adam Furman; 5-Adam Mitruk; 6-Marek Molnar; 7-Maros Tkac; 9-Tomas Bielek; 10-Andrej Kdvacik; 11-Martin Kolarik; 12-Samuel Balaz; 13-Lukas Kozmer

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0