Marlene Farrugia ssellem lil Justyne Caruana

  • Jan 20, 2020 12:24
  • Miktub minn iNews

    Il-membru parlamentari Marlene Farrugia sellmet lil Justyne Caruana u sostniet li r-raġel tagħha (Silvio Valletta) ma messu qatt ikun involut fl-investigazzjoni tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

    Hija rrimarkat li l-kabinett se jitlef wieħed mill-uniċi tliet nisa fih u indirizzat lin-naħa tal-Gvern billi qaltilha li “you should have seen it coming”.

    Farrugia ikkritkat lill-Prim Ministru Robert Abela talli fil-Parlament ma tax spjegazzjoni dettaljata dwar ir-riżenja ta' Caruana u rrimarkat li l-poplu huwa għatxan għall-informazzjoni.

    Id-deputat tal-Partit Demokratiku nsistiet li rridu noħorġu lill-pajjiż mill-ħmieġ li daħħalna fih il-Gvern waqt li fakkret kif hija kienet ilha twissi dwar ċertu affarijiet.

    Farrugia żiedet li dak li ġie żvelat dwar ir-raġel ta' Caruana jpoġġi dubji serji fuq l-investigazzjoni tal-Pulizija b'rabta mal-qtil ta' Caruana Galizia.

     

    Cutajar: aħna ma sraqniex proprjeta bħal-Labour

    Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar irrefera għad-dikjarazzjoni tal-Ministru Byron Camilleri li l-Oppożizzjoni riedet aktar flus għax kienet falluta billi sostna li l-PN ma seraqx proprjetà tal-Gvern kif għamel il-PL.

    Huwa rrikonoxxa li l-PN kellu l-problemi finanzjarji imma nsista li fil-25 sena ta' Gvern Nazzjonalista ma ħax dak li kien tal-poplu biex isaħħaħ il-finanzi tiegħu.

    Bħall-Viċi Kap David Agius anke dan id-deputat Nazzjonalista saħaq li l-Oppożizzjoni kellha tingħata r-riżorsi biex tkun tista' tagħmel xogħlha kif suppost.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0