Fearne jgħid li l-influwenza laqtet kwart tal-poplu

  • Jan 20, 2020 11:39
  • Miktub minn iNews

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega fil-Parlament kif din is-sena jidher li madwar kwart tal-poplu laqtet l-influwenza.

    Huwa u jitkellem fil-Parlament, Fearne sostna li din is-sena kienet differenti mis-soltu f'dan ir-rigward għax waqt li fi snin imgħoddija kienet tibda minn dik tat-tip A u tispiċċa B din is-sena sar bil-maqlub.

    Waqt li ħeġġeġ lin-nies biex jibqgħu jieħdu t-tilqima, huwa qal li din is-sena l-awtoritajiet tas-saħħa qed jistennew li l-influwenza tmiss wieħed minn kull erbgħa jew ħamsa jiġifieri kważi kwart tal-popolazzjoni.

    Il-Ministru għas-Saħħa iddeskriva din il-figura bħala waħda “esaġerata” għalkemm għamilha ċara li dan mhux f'Malta biss imma anke madwar id-dinja.

    Huwa spjega kif konsegwenza ta' dan ġew ikkanċellati sitt operazzjonijiet għall-fatt li kien hemm skarsezza fil-provvista tad-demm proprju minħabba persuni li jagħtu d-demm u li ma setgħux.

    Dwar in-numru ta' pazjenti fil-kurituri, Fearne semma kif bħala medja kull pazjent tinstablu sodda fi żmien 18-il siegħa għalkemm iddikjara li idealment dan isir fi żmien sitt siegħat.

    Huwa spjega li f'85% tal-każijiet  il-pazjenti tinstabilhom sodda f'sala fi żmien l-imsemmija 18-il sena għalkemm irrimarka li kien hemm każ  fejn pazjent dam 26 siegħa jistenna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0