Il-Ministru Michael Farrugia: ebda lok ta’ allarm fil-kwistjoni tal-ilma tal-vit

  • Jan 20, 2020 09:46
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru tal-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, Michael Farrugia qal fil-Parlament li jinsab informat mill-awtorità tal-Ilma li l-livelli tal-kimika li ssemmiet f’rapporti riċenti fuq gazzetti barranin huma skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea. Spjega li l-livell tal-kimika hi n-nofs ta’ dak permessibbli u għalhekk qal li m’hemmx lok ta’ allarm. 

    Dwar dan tkellem ukoll il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne li qal li hu talab lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tagħtih ir-rapport dwar din il-kwistjoni. Sostna li ladarba jkun studjat dan ir-rapport hu se jkun qed jwieġeb dwaru fil-Parlament. 

    Fearne tkellem ukoll dwar studji oħra relatati ma’ kemm il-Maltin jgħixu ħajja b’saħħitha. Qal li dawn iqabblu l-istennija ta’ ħajja ma’ kemm idumu jgħixu f’saħħa tajba. Hu qal li meta jitkejlu rġiel u nisa flimkien, aħna niġu l-ewwel bħala pajjiż, filwaqt li l-irġiel għalihom jiġu l-ewwel u n-nisa jiġu fit-tieni pożizzjoni.

    Dwar ir-rati ta’ kanċer, il-Ministru qal li dawn l-istudji ilhom isiru għal ħafna snin ukoll. Saħaq li bħala pajjiż ninsabu fl-ewwel post fejn għandha x’taqsam ir-rata ta’ nisa li jsalvaw mill-kanċer tas-sider.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0