FILMAT: Id-ditta legali Chetcuti Cauchi tippubblika filmat li skont hi jiskolpaha

  • Jan 20, 2020 09:14
  • Miktub minn iNews

    Id-Ditta legali tgħid li qiegħda tikxef il-verità b'filmati oriġinali li juru editing qarrieqi

    Id-ditta legali Chetcuti Cauchi qalet fi stqarrija li erba’ xhur ilu, programm televiżiv Franċiż allega li rappreżentanti tal-kumpanija legali Chetcuti Cauchi nqabdu fuq il-kamera jiftaħru bir-relazzjoni tagħhom mal-Gvern u li għamlu użu minn din ir-relazzjoni biex jassistu lil klijenti li setgħu jitqiesu bħala dubjużi.

    Fl-istqarrija ntqal li l-footage oriġinali li għadu kemm inkiseb, jindirizza u jiskredita l-aħħar allegazzjonijiet foloz.

    Chetcuti Cauchi saħqet li "l-programm kien maħsub biex juri lil Malta u lill-Maltin bħala nies korrotti. Wara li l-footage oriġinali kien eżaminat flimkien ma’ esperti indipendenti, ħareġ ċar li l-produtturi Franċiżi huma ħatja li b’editing maħsub biex iqarraq, riedu jpoġġu lill-avukat f’dawl ikrah. B’kuntrarju għal dan, il-footage oriġinali juri laqgħa ta’ ftit iżjed minn siegħa bl-avukat ta’ din id-ditta jitkellem b’mod mill-iżjed onest dwar il-ġurisdizzjoni Maltija, is-sistema legali Maltija u l-proċeduri trasparenti, selettivi u skond il-liġi li tħaddem id-ditta meta tiġi biex taċetta li taħdem għal klijent u tirrappreżentah."

    “Il-mara tiegħi u jien waqqafna din il-kumpanija legali fuq missjoni li nwasslu kontribut lis-soċjetà b’servizz ibbażat fuq etika u morali b’saħħithom. Dan kien attakk fuq il-valuri kruċjali tagħna ta’ etika u indipendenza, minn individwi b’aġenda li ttebba’ r-reputazzjoni ta’ pajjiżna a spejjeż tagħna. Dawn l-aħħar erba’ xhur għalhekk, iffukajna fuq żewġ prijoritajiet ewlenin: li nkomplu naqdu lill-klijenti tagħna għaliex l-interess primarju tagħna jibqgħu huma; u li niġġieldu sabiex niksbu l-footage oriġinali, għaliex dan biss seta’ juri kemm l-allegazzjonijiet fil-konfront tagħna kienu foloz,” qal Dr Jean-Philippe Chetcuti, Managing Partner ta’ Chetcuti Cauchi.

    Meta dawn l-allegazzjonijiet kienu ppubblikati, Chetcuti Cauchi Advocates tat bidu għal proċess ta’ azzjoni ġudizzjarja fil-qorti kriminali Franċiża kontra l-aġenzija Franċiża li pproduċiet il-programm defamatorju. Ir-reżistenza li uriet il-kumpanija tqieset bħala “ostakolaġni għall-proċess” li wassal lill-Qorti biex timponi multa kuljum. 

    Kien f’Diċembru li għadda li l-kumpanija ċediet għall-pressjoni legali u tat il-footage oriġinali lill-avukati ta’ Chetcuti Cauchi fi Franza. Dan il-footage, flimkien mar-Rapport lir-Regolatur tal-IIP ippubblikat f’Novembru 2019 ġew mgħoddija lill-maġistrat inkwerenti. Dan ir-Rapport kruċjali wera il-mod kif il-kumpanija Chetcuti Cauchi twettaq ix-xogħol tagħha fil-qasam taċ-ċittadinanza b’mod strett, professjonali u imparzjali. 

    “Il-media Maltija ttrattat dawn l-allegazzjonijiet bħala fatti u waslet għall-konklużjonijiet tagħha wara li rat il-filmati tal-kamera moħbija tal-purnalist Franċiż mingħajr ma ħadet in kunsiderazzjoni li l-footage intwera bil-lingwa Franċiża meta l-laqgħa kienet saret kollha bl-Ingliż. Il-media naqset ukoll milli tfittex il-verżjoni tagħna tal-fatti. Il-verita’ kellha toħroġ, iġġilidna bis-sħiħ għal dik il-verita u llum kburin li l-verita ħarġet,” żied Dr Chetcuti.

    “L-ispirtu tal-konverżazzjoni kollha kien dwar il-mod strett ta’ due diligence li bih titħaddem l-iskema ta’ l-IIP, għaldaqstant, saret biss enfażi fuq il-ftit sekondi li fihom inwieġeb il-mistoqijiet tal-ġurnalist fuq kif inzertajt naf ministru. Din kienet misinterpretazzoni tal-konverżazzoni kollha u l-footage dan jurih b’mod ċare,” tenna Dr Chetcuti. 

    “Il-video jurini ngħid lill-ġurnalist li klijenti li jkunu se jiġu rifjutati minħabba problei bikrija marbuta ma’ due diligence jew għax ikollhom preċedenti kriminali, lanqas biss nieħduhom f’idejna. L-idea li aħna nistgħu inkellmu xi ministru biex nimbuttaw xi applikazzjoni ta’ l-IIP  f’isem xi ħadd li jkun għadu kemm kien rifjutat mill-Aġenzija Maltija ta’ l-IIP jew li jkollu xi record kriminali hija idea li niċħduha b’mod kategoriku u dan joħroġ ukoll mill-video oriġinali li issa għandna f’idejna.”

    Il-footage juri wkoll li meta kien mistoqsi b’mod dirett mill-ġurnalist undercover dwar l-użu tar-relazzjonijiet professjonali ma’ l-awtoritajiet, is-senior partner jgħid “jiena dejjem noqgħod attent li nispjega lil dak li jkun li ara, ma jfissirx li jien nista’ nagħmel xi ħaġa jekk ma nistax. Allura dan huwa l-mod kif nopera jien, jiġifieri biex l-affarijiet nagħmluhom sew, jekk hemm xi aspett li jista’ jkun ta’ problema, ejja nindirizzaw dik il-problema. U jekk ma nistgħux ngħinuh, inkunu onesti u ngħidu, hawnhekk ma nistgħux ngħinuk.”

    “Aħna nemmnu li b’dan il-footage f’idejna qed neliminaw kull dubju li jista’ jkun hemm fuq it-track record eċċellenti tal-kumpanija fil-mod kif hija tirrappreżenta investituri li huma interessati f’Malta. Minn hawn nirrikonoxxi l-impenn u l-lealta’ tal-partners, associates u l-impjegati kollha tagħna,” temm Dr Jean Philippe Chetcuti.

    Aħna kburin bid-dedikazzjoni u l-kisbiet tal-kumpanija biex tattira lejn Malta uħud mill-familji prominenti u ta’ reputazzjoni għolja fid-dinja.  Se nibqgħu impenjati sabiex inkomplu nissaħħu biex inkomplu nirrappreżentaw lil Malta bħala destinazzjoni ta’ investiment fost imprendituri, investituri u familiji ta’ suċċess. 

    Aħna nemmnu fl-importanza li Malta tibqa’ attraenti bħala ċentru finanzjarju. F’kompetizzjoni ma’ pajjiżi oħra sabiex nattiraw l-aktar investituri u negozji ta’ suċċess u b’reputazzjoni għolja, aħna nemmnu li Malta bħala ġurisdizzjoni tibqa’ tieħu ħsieb dawk il-fatturi personali u familjali li jagħmluha unika u attraenti. Dan inevitabbilment jinkludi l-liġijiet Maltin ta’ l-IIP.

    Dan huwa transcript tal-konverżazzjoni li d-ditta legali qiegħda tgħid li hi l-VERA li fiha qed ikunu diskussi l-istandards għolja ta’ due diligence li japplika l-Malta Individual Investor Programme: 

    “one thing that you need to look at in Malta is that .. our (CIP) Due Diligence Index outlines this:  Malta ranks 1st in due diligence because it also takes into account Reputation … so even though they might be cleared or they might prove they're innocent, it's still bad press.”

    “So one thing we offer … is an assessment, where we don't just take an application, yes we can do it, apply, you're clean. Coz being clean is not good enough.”

    “One thing I will tell you is that the odds are... they (African countries) are treated as high risk already... so the starting point isn't a pleasant one. People from these countries start with a disadvantage… So that's why I think for them an assessment would be critical coz there will be cases where we will not waste time. In other cases, it just means we are better equipped because the best equipment is to know all the facts. And that is another way where we feel we are better positioned as a law firm, of course, they can open up.”

    “So we basically offer our clients, if there is this kind of scenario of bad press and so on, we prefer if the client pays a much smaller fee for an assessment.  This covers an EDDR that we get from a third party company.”

    “They (MIIP Agency) conduct… engage two or three due diligence agents, … they have boots on the ground.”

    “No, the best thing is to disclose it. It's better to disclose it and explain it. If you get caught then sometimes you don't even get a chance to explain, you get rejected. and you won't even know why.”

    “coz with a passport check we will immediately know what there is.... so we offer a free assessment at the outset, passport check, if it's a complete no go, we don't waste your time, we tell you, don't waste your time.” 

    “No I think the fact that there is this (European) Expert committee with the specific objective to set minimum standards, its saying they are here to stay: we don't mind them as long as they follow the rules, and that's what we want.  Malta doesn't want them to be easy.”

    “The OECD in its Report said we recognise the legitimate reasons for Citizenship Programmes, the right to move to a stable country, the right to set up a business in a different country, job opportunities, education for the kids and so on.... but they can be misused, so (OECD) we recommend to banks to apply these,.... check the country of birth... ask for his other passport. don't accept just a Maltese residency or a Portuguese residency or a St Kitts Passport and you're happy with that... you need to ask for where are you resident. In reality banks already knew this. They ask for a Certificate of Tax Residency, not a PP or a residence card. Anyone can have multiple residence cards, So it's a lot of the same thing. The rules are there.”

    “And the European Commission, … makes sure that the existing rules on money laundering, border control, security, the Schengen Information System all the checks... and existing money laundering rules are applied...”

    “So at the moment, the European Commission set up an Expert Group where all the representatives of all these programmes are meeting. I'm supporting … the MIIP Agency, basically giving our (CIP) Due Diligence Report, our Index where Malta ranks 1st, and the points, the minimum standards, they asked Malta to suggest minimum standards because ironically they recogize Malta as a very good standard of Due Diligence.”

    “Coz the reality is the Maltese programme is the cleanest of them all.  They haven't given any one passport that was found to be wrongly given.  Of course, you cannot exclude that someone who got a Maltese passport 10 years ago, might do something wrong in the future ... but in the past no.”

    “No I think the fact that there is this (European) Expert committee with the specific objective to set minimum standards, that should apply across the board, its saying they are here to stay: we don't mind them as long as they follow the rules, which is what we want.  Malta doesn't want them to be easy. Nobody wants criminals in their programmes.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0