Kampjonat Premier: Sirens jirritornaw għar-rebħ

  • Jan 19, 2020 21:15
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Christine Borg

    Sirens.......................... 2

    Mosta.......................... 0

    Kellha tkun doppjetta tad-debuttant, Ricardo Faria, li tat tliet punti mill-aktar prezzjużi lil Sirens f’rebħa ta’ 2-0 fuq Mos­ta biex telgħu fir-raba’ post tal-klassifika, b’logħba aktar minn Valletta li jkunu mpenjati llum. 

    Huma ddominaw il-partita għal ħinijiet twal u li kieku kienu aktar preċiżi fl-attakk, setgħu faċilment skorjaw aktar goals.

    Kienu Sirens li ħolqu l-ewwel periklu wara 11-il minuta meta Flavio Che­veresan mill-viċin ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper żagħ­żugħ ta’ Mosta, Andreas Vella, li dawwar f’corner.

    Il-partita żvolġiet bħala waħda ferm kwieta karatterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground, biż-żewġ timijiet bħal donnhom bdew jibżgħu li jirriskjaw u jkunu avventurużi.

    Dan sat-38 minuta meta t-team minn San Pawl il-Baħar reġa’ kien hu li resaq viċin li jiftaħ l-iskor permezz tas-solitu Flavio Cheveresan li iżda tawwal ftit il-ballun, b’Andreas Vella jkun pront u jantiċipa tajjeb billi jitfa’ l-ballun f’corner.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sirens komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u ta’ dan ġew ippremjati meta fil-50 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ RICARDO FARIA, bil-goalkeeper Mosti deher maħsud hekk kif inqabad fuq sieq waħda.

    Huma komplew jiddettaw il-logħob u fid-69 minuta, Lucas Memezes minn pożizzjoni ferm     ideali kellu f’saqajh il-ballun tat-tieni goal iżda kellu t-tentattiv tiegħu jintemm ftit barra.

     Aktar ma għadda l-ħin aktar kompla d-dominju assolut minn Sirens u t-tieni goal ma damx ma wasal għalihom ... eżattament fil-75 minuta, meta Che­versan ipprovda l-assist lil RICARDO FARIA, li mill-viċin spara ġewwa, biex irreġistra doppjetta perso­nali.

    U biex l-affarijiet komplew jikkomplikaw ruħ­hom għal Mosta, żewġ minuti  biss wara tkeċċa għalihom il-player żagħ­żugħ Gabriel Aquilina, wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta’ ftit minuti.

    Bi player inqas u b’żewġ goals minn taħt, Mosta sabuha ferm diffiċli li b’xi mod jinfiltraw lid-difiża avversarja, b’Sirens b’ċerta trankwillitá, jirnexxielhom iżommu l-vantaġġ li kellhom sa tmiem il-partita.

    SIRENS: 24-David Cassar, 6-Ryan Grech, 8-Raphael dos Anjos, 9-Emmanuel Okoye, 11-Ricardo Silva Faria, 14-Edward Herrera, 18-Lucas Memezes Romario, 20-Ige Abdullahi Adeshina, 44-Flavio Silva Cheveresan, 90-Romeu Pericles Romao, 93-Thiago Espindola - Coach: Steve D’Ama­to

    MOSTA: 1-Andreas Vella, 5-Luiz Pedro Soares Gusso, 6-Gabriel Aquilina, 10-Weverton Gomes, 16-Ebrima Sohna, 21-Christian Eric Chaney, 22-Tyrone Farrugia, 23-David James Brown, 30-Matias Muchardi, 77-Zachary Brincat (11-Duane Bonnici 80), 88-Christ Evo Ememe   - Coach: Mark Miller

    REFEREE: Fyodor Zammit

    ASS. REFEREES:Duncan Sultana, Darko Stankovic

    RABA’ UFF: Ishmael Barbara

    SKORER:R. Faria 50, 75 (S)

    AMMONITI:R. Grech, E. Okoye, R. L. Memezes (S), G. Aquilina, C. E. Ememe (M)

    TKEĊĊA:G. Aquilina 77 (M)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Ricardo Faria (Sirens)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook