Kampjonat Premier: Sta Lucia ma jisirqu xejn

  • Jan 19, 2020 21:13
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Christine Borg

    Gzira United................ 1

    Santa Lucia.................. 2

    Santa Lucia ħasdu bil-kbir lil Gzira United meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, biż-żewġ goals għalihom jaslu fl-ewwel taqsima, u dan meta lagħbu għal aktar minn nofs siegħa sħiħa bi player inqas.

    Kienet partita li fiha l-Luċjani ma serqu xejn, waqt li l-Maroons iddi­żappuntaw bil-kbir, fejn żgur li jekk iridu jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat, iridu jipproduċu wirjiet ferm aħjar minn din.

    Santa Lucia fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fl-14-il minuta meta l-Ġappuniż REI TACHIKAWA, minn azzjoni personali, kellu xutt angolat minn tarf il-kaxxa li ntemm fix-xibka.

    Huma komplew juru li dan il-goal ma kienx tabilħaqq wasal b’kum­binaz­zjoni, hekk kif huma komplew fuq l-offensiva u żewġ minuti biss wara, il-Brażiljan, Gabriel Bohrer Mentz, kellu xutt fil-baxx mid-distanza jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper, Justin Haber.

    Gzira United wieġbu fid-29 minuta permezz ta’ free-kick insidjuż tal-iskorer prolifiku mill-Kosta tal-Ivorju, Hamed Kone, li ġie mdawwar f’corner minn Timmy Aquilina.

    Iżda, fid-39 minuta, kienu Santa Lucia li rduppjaw l-iskor meta wara li difensur tal-Maroons naqas milli jikklerja l-ballun, pront kien REI TACHIKAWA, li venven xutt mid-distanza li ma ta l-ebda ċans lil Justin Haber, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

    Fid-59 minuta, Santa Lucia, qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-Kolumbjan Luis Riascos wara li rċieva żewġ karti sofor.

    Il-pressjoni kienet kollha fuq il-Maroons u fil-fatt huma wettqu reazzjoni taj­ba u rnexxielhom inaqqsu l-marġni  tal-iskor fit-80 minuta, permezz ta’ xutt ta’ ZACHARY SCERRI minn distanza ta’ madwar 25 metru, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka. Peró, il-Luċjani żammew ir-rebħa sat-tisfira finali.

    GZIRA U.: 16-Justin Haber, 4-Fernando Barbosa, 5-Gianmarco Conti, 7-Zachary Scerri, 8-Rodolfo Soares (6-Nikolai Muscat 65), 11-Juan Carlos Corbalan, 21-Hamed Kone, 26-Sacha Borg, 87-Marco Criaco (18-Ryan Darmanin 46), 91-Martin Davis (10-Andrew Cohen 55), 94-Wilfried Domoraud  - Coach: Giovanni Tedesco

    STA LUCIA: 1-Timmy Aquilina, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Kevin Correia, 5-Adam Magri Overend, 9-Diego Segura (7-Neil Micallef 63), 11-Kevin Ante Rosero (66-Lee Galea 89), 16-Luis Riascos, 17-Jacob Walker (20-Omar Elouni 85), 19-Farid Zuniga, 22-Jamie Zerafa, 88-Rei Tachikawa -Coach: Oliver Spiteri

    REFEREE: Mario Apap

    ASS. REFEREES:Alan Camilleri, Thomas Debono

    RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

    SKORERS:R. Tachikawa 14, 39 (SL), Z. Scerri 80 (G)

    TKEĊĊA: L. Riascos 59 (SL)

    AMMONITI:L. Riascos (2) (SL), R. Soares (G)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Rei Tachikawa (SL)

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook