“Qatt ma għamilt xejn ħażin u qatt ma kont nasal li nsiefer ma’ xi ħadd li kieku kont naf jew naħseb li huwa indagat”

  • Jan 19, 2020 12:19
  • Miktub minn iNews

    “Qatt ma għamilt xejn ħażin u qatt ma kont nasal li nsiefer ma’ xi ħadd li kieku kont naf jew naħseb li huwa indagat.” Hekk saħaq l-eks-deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta, wara li rapporti fil-midja indikaw li huwa kien siefer flimkien ma’ Yorgen Fenech, is-suspettat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

    Valletta tenna li huwa kien ilu sa minn Ġunju tal-2018 li waqaf mill-ħidma investigattiva tiegħu fil-każ tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

    Fl-istess waqt saħaq li meta kien jifforma parti mill-bord tal-FIAU, huwa ma kellux tagħrif dwar rapporti li kienu jsiru, jew dwar min.

    Żied jgħid li huwa kien iddeċieda li jirtira mill-Korp minħabba l-kritika li kienet qed issir fil-konfront ta’ martu, il-Ministru Justyne Caruana. fl-istess waqt tenna li huma qatt ma kienu jiddiskutu dwar affarijiet relatati ma’ xogħol.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0