il-Prinċep Harry u Meghan se jagħtu lura miljuni ta' sterlini biex iwaqqgħu t-titli rjali

  • Jan 19, 2020 09:55
  • Miktub minn iNews

    Il-Prinċep Harry u Meghan Markle se jkunu qed jieqfu jagħmlu użu mit-titli Rjali tagħhom filwaqt li se jħallsu lura miljuni ta’ sterlini lura li ntefqu fuq ir-rinovar tar-residenza tagħhom f’Berkshire. Dan ħabbritu l-koppja nnifisha.

    Intant Buckingham Palace qal li taħt l-arranġament il-ġdid il-koppja huma “mitlubin li jieqfu minn kull attività rjali, inkluż il-ħatriet militari” u mhux se jibqgħu jibbenfikaw minn fondi pubbliċi għal attivitajiet irjali li jista’ jkollhom.

    Mir-rebbiegħa li ġejja l-koppja se ssir magħrufa bħala Harry, id-Duka ta’ Sussex, u Meghan, id-Dukessa ta’ Sussex.

    Harry xorta waħda se jibqa’ prinċep.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0