''Ħafna xogħol jagħmel ħsara... In-nies jixraqilhom aktar ħin mal-familji''

  • Jan 18, 2020 16:35
  • Miktub minn Melvin Farrugia

    L-iżgħar mexxejja ta’ Gvern fid-dinja, Sanna Marin qiegħda tipproponi li l-ġimgħa tax-xogħol tonqos għal erbat ijiem u li kull jum ta’ xogħol ikun ta’ sitt sigħat. Madankollu, qiegħda tisħaq li l-paga għandha tibqa’ l-istess. 

    Il-Prim Ministru tal-Finlandja ġiet ikkwotata tgħid li n-nies jixrraqilhom li jqattgħu aktar ħin mal-familji tagħhom, ma’ dawk li huma l-aktar għeżież għalihom, li jagħmli l-passatempi tagħhom u anke li jiddedikaw ħinhom għal aspetti oħra tal-ħajja bħall-kultura.

    Dak li qiegħda tipproponi din il-Prim Ministru kien sar ħsieb dwaru wkoll akar qabel fl-Italja, meta kien issuġġerit is-slogan “Naħdmu inqas, naħdmu kollha”. Dan kien slogan li kienu ħarġu bih ix-xellugin radikali Taljani u li kien partikolarment popolari fl-aħħar tas-snin Disgħin u l-bidu tal-Elfejnijiet. Kienet idea sabiħa, iżda għal ħafna snin issa ilha tinsab fuq l-ixkaffa hekk kif ġiet imlaqqma bħala idea utopika u li diffiċli sseħħ. 

    Iżda jidher li fil-Finlandja ma jaħsbuhiex bl-istess mod u fil-fatt din il-Prim Ministru qiegħda timbotta ‘l quddiem din l-idea. Fil-fatt, tgħid li dan jista’ jkun biss l-ewwel pass għalihom bħala pajjiż. Għalhekk hi ressqet ‘il quddiem din il-proposta li bħalissa għadha tinsab fi stadju preliminari ta’ studju. Għamlet dan fl-okkażjoni tal-120 anniversarju tal-Sdp li hu l-partit soċjaldemokratiku li hi waħda mill-mexxejja tiegħu. 

    L-idea ta’ Marin niżlet tajjeb ħafna wkoll mal-Vasemmistoliitto, li hi l-unjoni radikali tax-xellug bejn il-Partit Komunista Finlandiż, il-Lega Demokratika Popolari Finlandiża u l-Lega Demokratika tan-Nisa Finlandiżi. F’din l-unjoni timmilita wkoll il-Ministru tat-Tagħlim Pubbliku, Li Andersson, li min-naħa tagħha qalet li hu importanti li bħala pajjiż jippermettu liċ-ċittadini Finlandiżi li jaħdmu inqas. Qalet li mhix kwistjoni li tiggverna bi stil femminili, iżda li toffri idea b’valur u li żżomm mal-wegħdi li saru lill-eletturi. 

    S’issa, il-ħin tax-xogħol fil-Finlandja hu l-istess bħal dak tagħna f’Malta, jiġifieri tmien sigħat xogħol għal ħames sigħat fil-ġimgħa. Madankollu, minħabba l-avvanz fit-teknoloġija, l-istess ammont ta’ produzzjoni tista’ ssir filwaqt li jonqsu s-sigħat tax-xogħol. 

    Għalhekk il-Prim Ministru Finlandiża qiegħda tistudja flimkien ma’ Li Andersson u mexxejja oħra fil-koalizzjoni, dwar kif jistgħu jagħtu bidu għal proġett pilota li jesperimenta l-aħjar mod kif tista’ tiġi adottata ġimgħa tax-xogħol iqsar mingħajr ma jintmessu l-pagi tan-nies. 

    Esperimenti simili fl-Iżvezja

    Jekk din hix Utopja jew le għad irid jiġi determinat, iżda li hu żgur li pajjiżi oħra bħall-Iżvezja diġà bdew jesperimentaw dan it-tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol. 

    Fil-fatt, jidher li fl-2015 diġà saru esperimenti simili f’Göteborg, li hi t-tieni l-akbar belt fil-pajjiż. Is-sigħat tax-xogħol fid-djar tal-anzjani u fl-isptar pubbliku tnaqqsu għal sitt sigħat kuljum, mingħajr ma tnaqqsu l-pago. Ir-riżultati kienu ċari: il-ħaddiema huma aktar kuntenti, aktar b’saħħithom u iżjed produttivi. Barra minn hekk, peress li kellhom jiġu impjegati aktar ħaddiema, allura l-pajjiż daħħal ukoll aktar dħul fiskali. Jekk dan mhux biżżejjed, jidher li dan kollu wassal biex il-ħaddiema qegħdin jitolbu inqas ġranet ta’ leave minħabba mard, inqas pensjonijiet ta’ invalidità u anke naqset ir-rata tal-qgħad. 

     


    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0