''Għawdex huwa fuq quddiem nett tal-pjanijiet tiegħi... In-nies jgħixu bil-flus fil-but u dan hu dak li rridu nassiguraw'' - Il-PM Robert Abela

  • Jan 18, 2020 11:40
  • Miktub minn iNews

    "Għawdex huwa fuq quddiem nett tal-pjanijiet tiegħi, tafu kemm inħobb lil Għawdex." Hekk beda d-diskors tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela fl-ewwel attività pubblika li huwa kellu fir-Rabat Għawdex, propju f'It-Tokk quddiem folla numeruża li ħarġet fi ħġara tilqgħu.

    Huwa qal li hu bħala Prim Ministru jinsab verament kburi b'Għawdex. "Għawdex irreġistra tkabbir ekonomiku ikbar minn dak ta' Malta." Il-PM Abela qal fejn ħaddieħor inqasam wara elezzjoni għal Kap, fil-każ tal-Partit Laburista, "dan saħħaħna aktar. Ħaddieħor tkisser minn tellieqa, aħna ingħaqadna mill-ewwel u ħriġna aktar b’saħħitna. Dan hu mertu tagħkom ta’ kemm għaraftu li aħna partit wieħed."

    Kompla jgħid li fil-Kabinett hemm demm u wiċċ żagħżugħ li lest biex jaħdem u jtejjeb il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Il-PM qal li f'Għawdex jara potenzjal enormi biex ikompli jiżdied in-negozju u l-attività kummerċjali. 

    Huwa qal li hu jrid jassigura kwalità ta' ħajja aħjar fil-ħajjiet ta' kull wieħed u waħda minna. "In-nies jgħixu bil-flus fil-but u dan hu dak
    li rridu nassiguraw," qal il-PM Robert Abela.

    Il-PM Abela semma' wkoll lid-Deputat Parlamentari Anton Refalo, fejn qal li "se nkun qed naħdem viċin ta' Anton Refalo... għandu ħafna x'joffri mhux lil Għawdex biss imma lil pajjiż kollu."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0