Ir-Ryanair se tagħlaq l-bibien tal-bażi tagħha fi Nuremberg u Stockholm minħabba dewmien tal-wasla tal-Boeing 737 Max

  • Jan 18, 2020 14:15
  • Miktub minn iNews

    Il-kumpanija tal-ajru low-cost Ryanair, ħabbret li se tun qed tagħlaq il-bibien tal-bażi tagħha fi Nuremberg il-Ġermanja u Stockholm l-Isvezja. Ir-raġuni għal dan l-għeluq huwa li l-kumpanija qed tesperjenza dewmien fil-wasla tal-ajruplani Boeing 737 Max.

    Dan id-dewmien huwa r-riżultat taż-żewġ inċident koroh li seħħew matul is-sena 2018 u 2019 rispettivament, fejn żewġ ajruplani tat-tip Boeing 737 Max waqgħu bil-konsegwenza li nqatlu total ta' 346 passiġġier. Wara dawn l-inċidenti orribbli, ittieħdet deċiżjoni li l-immanifatturar ta' dan it-tip ta' ajruplan ikun sospiż minħabba l-biża' li dan it-tip ta' ajruplan seta' kellu problemi ta' mekkaniċi. 

    Il-kumpanija Ryanair, fi stqarrija qalet li minn 20 ajruplan tat-tip Boeing 737 Max li hi ordnat se jkollha tnaqqas din l-ordni għal 10. Din il-problema taf tiswi lill-kumpanija miljuni kbar ta' flus hekk kif matul din is-sena l-kumpanija se ġġorr miljun passiġġier anqas minn dak previst. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook