Żagħżugħ jisraq biex jgħajjex lilu u lil ħutu

  • Jan 18, 2020 08:40
  • Miktub minn iNews

    Ġuvni ta' 18-il sena mill-Marsa li għandu diversi problemi soċjali, ammetta li seraq mill-ajruport bl-avukat tiegħu jgħid li dan sar biex jgħajjex lilu u lil ħutu.

    Isem il-ġuvni ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti tal-Maġsitrati. Fl-awla rriżulta li huwa jbati mill-ADHD u minħabba li ma ngħatax attenzjoni mill-familja ma ħax il-kura meħtieġa.

    Minbarra s-serqa mill-ajruport, li seħħet fl-14 ta' Jannar li għadda, iż-żagħżugħ ammetta wkoll li fis-17 ta' Ottubru li għadda naqas li jidher għal kawża quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.

    L-Avukat Mark Mifsud Cutajar spjega lill-Maġistrat Nadine Lia li l-ġuvni jgħix waħdu u minħabba li ma jafx jieħu ħsieb tiegħu nnifsu sew fid-dar instab anke ikel abbandunat bid-dud fih.

    L-Ispettur Melvyn Camilleri, li investiga l-każ, ikkonferma l-problema soċjali li għaddej minnhom iż-żagħżugħ u semma kif diġa hemm rapport soċjali dwar il-kundizzjoni tiegħu.

    Il-Maġistrat Lia iddeċidiet li tagħti xahar biex jitlesta r-rapport soċjali dwar iż-żagħżugħ qabel tagħti s-sentenza tagħha u sadanittant huwa qed jinżamm arrestat fejn inħarġet ukoll ordni biex jibda jingħata t-trattament minnufih.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook