Mara tweġġa' serjament f'inċident fil-bypass ta' Birkirkara viċin l-Iskatepark … Tifla li kienet magħha ma ssofri l-ebda ġrieħi

  • Jan 17, 2020 17:42
  • Miktub minn iNews

    Mara ta’ 47 sena residenti Marsaskala sofriet ġrieħi serji f’inċident li seħħ fi Triq Dun Karm Psaila fl-inħawi tal-iskatepark.

    L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00 p.m., u jirriżulta li vettura tat-tip Toyota Corolla misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti Marsaskala, kienet involuta f’ħabta ma’ vettura tat-tip Alfa Romeo Mito li kienet qed tinstaq minn tfajla ta’ 18-il sena residenti n-Naxxar.

    Passiġġiera fil-vettura Toyota Corolla kien hemm ukoll tifla.

    Filwaqt li t-tfajla ta’ 18-il sena, u t-tifla ma sofrew l-ebda ġrieħi, il-mara ta’ 47 sena kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ftit tal-ħin ilu kienet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

    B’rabta ma’ dan l-inċident infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa, bit-triq tibqa’ magħluqa għat-traffiku għall-ħin li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0