Raġel jinżamm arrestat b'rabta ma' sejba ta' droga … Allega li l-Pulizija poġġew id-droga f’daru bl-intenzjoni li jeħel hu

  • Jan 17, 2020 12:00
  • Miktub minn iNews

    Raġel ta’ 22 sena mill-Pietà baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li nstab fil-pussess ta’ droga f’ċirkostani li juru li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.

    Il-każ seħħ ilbieraħ bil-Pulizija jiġihom suspett fl-akkużat wara li waqt li kienu qed jagħmlu ronda f’San Ġwann, innutaw vettura tinstaq kontra l-‘one way’. Minnufih il-Pulizija bdiet issegwi din il-vettura u twaqqfet ftit wara. Tfittxija fil-vettura wasslet biex instabet id-droga. Konsegwentament saret ukoll tfittxija fir-residenza fejn jgħix iż-żagħżugħ u hemmhekk instab basket u borża b’ammont sostanzjali ta’ sustanza, allegatament droga, kif ukoll miżien u oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga. 

    Intant ir-raġel kien mixli wkoll li saq karozza mingħajr liċenzja tas-sewqan, u li hedded lil uffiċjal tal-pulizija, filwaqt li akkuża lill-istess uffiċjali b’reat li m’għamlux, wara li allega li l-pulizija poġġew droga f’daru bl-intenzjoni li jeħel hu.

    Huw kien akkużat ukoll li sar riċediv.

    L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu, bil-Qorti tiddeċiedi li jibqa’ jinżamm arrestat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0