“Nindirizzaw in-nuqqas ta’ edukaturi f’Malta”

  • Jan 17, 2020 07:55
  • Miktub minn Carmen Cachia

    L-unjins fis-settur edukattiv b’temi importanti x’jiddiskutu mal-Ministru tal-Edukazzjoni l-ġdid, Owen Bonnici…

    Il-ħatra ta’ Ministru tal-Edukazzjoni ġdid, Owen Bonnici, ġiet milqguħa miż-żewġ unjins tal-edukaturi - l-Malta Union of Teachers (MUT) u l-Unjin tal-Edukaturi Professjonisti (UPE). Dawn il-unjins qablu li hemm ħtieġa urġenti li tkun indirizzata l-problema ta’ nuqqas ta’ edukaturi f’Malta u li hemm diversi prijoritajiet oħra li jixtiequ jiddiskutu miegħu.

    Inċentivi biex l-għalliema ma jitilqux mill-professjoni

    Il-President tal-MUT, Marco Bonnici f'kumment qalilna li hemm diversi prijoritajiet li jixtiequ jiddiskutu mal-Ministru b’mod immedjat, inkluż is-sitwazzjoni preżenti fejn hemm nuqqas ta’ edukaturi. “Irridu naħdmu biex ikun hemm inċentivi biex titjieb is-sitwazzjoni biex l-edukaturi preżenti ma jitilqux mill-professjoni. Aħna bħala unjin ippreżentajna l-proposta tal-Malta Education li kienet diġà ġiet imressqa lill-Ministru Evarist Bartolo, li l-bieraħ ukoll irringrazzjajnieh għax-xogħol tiegħu,” qal Bonnici.

    L-MUT għandha diversi temi x’tiddiskuti li huma relatati mal-implimentazzjoni tal-ftehim settorali u dak tal-MCAST; it-tilwima dwar il-gradi tal-istudent services; l-anomaliji li qegħdin jaffettwaw is-salarji ta’ xi gradi tal-LSEs2; u tal-kordinaturi taċ-ċentri. 

    Bonnici semma wkoll in-negozjati relatati mal-edukaturi li huma Supply, il-ftehim fl-Università ta’ Malta, ir-rikonoxximent tal-gradi tekniċi fl-edukazzjoni u miżuri biex numru ta’ edukaturi jkollhom rikonoxxuti snin ta’ servizz preċedenti. “Ma’ dawn inżidu wkoll ir-riforma ppreżentata reċentement tal-MATSEC. Fl-aħħarnett hemm ukoll numru ta’ temi oħra li jistħoqqilhom diskussjoni, flimkien ma’ numru ta’ każijiet individwali ta’ inġustizzji li l-MUT qiegħda taħdem fuqhom,” temm il-President tal-MUT.

    Fl-aħħar il-Malta Union of Teachers ferħet lill-Ministru Owen Bonnici għall-ħatra tiegħu bħala l-Ministru l-ġdid tal-Edukazzjoni u tħeġġeġ li d-diskussjoni tissokta minnufih.

    L-UPE tittamma li tkun stmata daqs unjins oħra

    Il-Unjin għall-Edukaturi Professjonisti, UPE, esprimiet ix-xewqa li tiddiskuti diversi temi importanti mal-Ministru tal-Edukazzjoni l-ġdid, Owen Bonnici li jaffettwaw lill-edukaturi f’Malta, primarjament relatati ma’ abbuż ta’ poter mis-superjuri tagħhom fil-Ministeri. Graham Sansone tkellem ma’ L-ORIZZONT fejn saħaq dwar l-importanza li din il-unjin finalment tkun trattata fl-istess livell ta’ unjins oħra f’dan is-settur.

    “Filwaqt li nifhmu li l-portafol tal-Ministru huwa vast, hemm problemi li għandhom bżonn ikunu indirizzati b’urġenza minħabba li dejjem kienu jintefgħu taħt it-tapit. Nittamaw li Bonnici jaqbad il-barri mill-qrun u jagħmel it-tibdiliet meħtieġa fil-futur qarib u dan anke għall-fatt li hemm problema kbira ta’ nuqqas ta’ għalliema fil-pajjiż,” spjega Sansone.

    Il-UPE tixtieq tiddiskuti wkoll is-sigurtà tal-edukaturi fuq il-post tax-xogħol u biex tkun indirizzata s-saħħa mentali fost l-edukaturi tagħna. Sansone qal li jridu jitkellmu mal-Ministru Bonnici dwar l-inġustizzji u l-ksur tad-drittijiet kostituzzjonali tal-edukaturi dwar il-libertà tal-assoċjazzjoni. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0