[FILMAT] Uħud mill-immigranti jidhru quddiem il-Qorti bla żarbun ... Iwieġbu mhux ħatja u jibqgħu jinżammu arrestati

  • Jan 08, 2020 09:52
  • Miktub minn iNews

    11:30 a.m: L-immigranti ġew mixlijin li għamlu rewwixta, li garaw oġġetti u li weġġgħu ħafif erba' uffiċjali li kienu fiċ-Ċentru. Huma wieġbu mux ħatja u baqgħu miżmumin arrestati. Huma dehru fl-awla marbutin bil-cable ties tnejn tnejn, uħud bla żarbun u ħafna lebsin track suit blu. 

    10:40 a.m:  Il-Pulizija se tkun qiegħda tressaq 22 immigrant li għandhom bejn 15 u 44 sena li ġejjin mis-Sudan, mil-Libja, l-Eġittu, l-Eritrea, l-Etijopja, mill-Guniea, mill-Kamerun u l-Alġerija.

    Il-prosekuzzjoni se titmexxa mill-Ispettur Melvin Camilleri u f'isem l-akkużati se tidher l-Avukat Yanika Bugeja.

    10:15 a.m: Numru ta' uffiċjali waslu quddiem il-Qorti fejn bdew jiddaħħlu l-immigranti li ġew arrestati fl-aħħar sigħat wara l-protesti li seħħew f'Ħal Safi jumejn ilu.

    9:30 a.m: Dalgħodu l-Pulizija se tkun qiegħda tressaq numru ta’ immigranti l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Victor George Axiak.

    Dan wara li l-Pulizija għamlet diversi arresti wara r-rewwixta ta' jumejn ilu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi. Ir-rewwixta bdiet għall-ħabta tas-7:30 p.m. b’diversi immigranti anke jippruvaw jiftħu l-grada.

    Ħadd ma weġġa’ fir-rewwixta, u għadu mhux magħruf x’seta’ wassal biex tinbeda r-rewwixta. Matul is-sena li għaddiet l-immigranti għamlu diversi protesti, fejn talbu għall-ħelsien.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0