Aladdin, il-Pentow bil-Malti … L-aħħar żewġ rappreżentazzjonijiet

  • Jan 03, 2020 09:06
  • Miktub minn iNews

    Filwaqt li l-iżvilupp u l-kostruzzjoni huma l-aktar ħaġa importanti għas-Sultan Sandro Chetcuti fil-belt ta’ Asthmaba, Jafar għandu pjan sabiex jieħu s-saltna f’idejh u jeqred is-siġar kollha, b’hekk iżid fil-bejgħ tal-inhalers. 

    Aladdin daqsxejn ta’ ħalliel li jghix bil-prekarjat jispiċċa bejn il-basla u qoxrita, u qrib ta’ Jasmin, meta jkun hu li jsib il-Lampa maġika u l-ġenju ta’ fiha: id-Dama Evgenia! Il-futur ta’ Asthmaba issa f’idejh! Tgħid isalvahom is-siġar jew kulħadd jispiċċa fgat bl-Asthma? Ovvja, Aladdin, storja li fis-sempliċità tagħha toħloq sitwazzjonijiet komiċi u fejn bl-ingredjenti li jiżdidula minħabba li hija pantomima żgur li toħloq spettaklu ħaj sħiħ mimli daħk, kulur, xenarju, kant, żfin u retar, insomma f’kelma waħda divertiment għall-familja kollha.

    Rodney Gauci barra li kiteb l-iscript ta’ din il-pantomima huwa wkoll id-Dama Melania flimkien ma’ Matthew Sant Sultana bħala Aladdin, Michela Galea fir-rwol ta Jasmine, Mario Cassar, Louis Andrew Cassar, Lee-N Abela, Brian Farrugia, Jurgen Ciantar, Julie Pomorski, Alexia Micallef, Mariah Mangion, Leah Mifsud, Sergio Agius u Stephen Caruana, b’direzzjoni ta’ Ray Abdilla, koreografija tal-Kinectic Dance Studio b’mużika live b’direzzjoni tas-Surmast Conrad Briffa kif ukoll bla dubju x-xenarju xogħol ta’ Marco Bartolo u kostumi min Noel u Marika tal-Louinoir.

    Fadal l-aħħar żewġ rappreżentazzjonijiet: is-Sibt 4 ta’ Jannar fis-7.30 p.m. u l-Ħadd, 5 ta’ Jannar, fis 6.30 p.m. Booking fuq www.ktrmalta.com u fuq 99476468.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook