Radio Queen Tribute Band b’kunċert spettakolari fil-Mellieħa

  • Diċ 19, 2019 16:55
  • Miktub minn iNews

    ‘Milied Mellieħi 2019’ - attivita’ mtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fil-Pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa se jiftaħ għada b’kunċert live minn Radio Queen Tribute Band mill-Italja.

    Kulħadd mistieden jattendi għal dan il-kunċert u jassisti għall-ispettaklu ta’ mużika tal-grupp leġġendarju QUEEN. Il-kunċert se jibda għall-ħabta tal-10.00pm. Dħul b’xejn.

    L-attivitajiet kollha ta’ ‘Milied Mellieħi 2019’ se jsiru taħt tinda kbira u jkomplu għaddejjin matul il-ġurnata tas-Sibt u l-għada l-Ħadd filgħaxija. Programm dettaljat tal-attivitajiet li ser isiru u aktar informazzjoni jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku: www.mellieha.gov.mt.

    Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jistieden lill-pubbliku sabiex matul dan il-weekend jasal wasla sal-Mellieħa, iżur it-tinda u jgawdi l-ispettaklu, l-ikel, l-esebizzjonijiet u dak kollu li tħejja apposta għal dan l-avveniment speċjali. Ċertament li mhux ser jonqsu l-attrazzjonijiet għat-tfal fost dawn ir-rokna ma’ Father Christmas.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook