“Żomm ħarstek dejjem fuqna brother in blue!” … “L-iktar ħaġa diffiċli huwa kif se ngħid lil ibni li ħallejtna”

  • Diċ 14, 2019 16:58
  • Miktub minn iNews

    “Żomm ħarstek dejjem fuqna brother in blue!” Hekk kien jgħid il-messaġġ emozzjonali tan-neputija tal-uffiċjal tal-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiki Alfred Sciberras li fis-sigħat li għaddew tħabbret il-mewt tiegħu.

    Alfred kien maħbub minn bosta, b’kollegi jfakkru l-karattru ċajtier tiegħu.

    Kumment ieħor fuq il-midja soċjali juri wkoll il-qalb tajba li “Fredu tat-Traffik” kellu, b’mod speċjali mat-tfal. Filwaqt li qal li baqa’ xxukkjat bl-aħbar tal-mewt ta’ Alfred, Yurgen Scicluna rrakkonta meta flimkien ma’ ibnu kien iltaqa’ mal-pulizija waqt il-festa tal-Imsida, biċ-ċkejken mill-ewwel jaqbad diskursata ma’ Alfred dwar il-Pulizija. Dan mhux biss hekk kif Fredu ta lit-tifel ġugarell ta’ pupu tal-Pulizija, li t-tifel baqa’ jgħożż.

    “L-iktar ħaġa diffiċli huwa kif se ngħid lil ibni li ħallejtna. Strieħ fis-sliem Fred!” temm jgħid Scicluna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0