Delia: “Spiċċa ż-żmien tal-politika partiġġjana u wasal iż-żmien li verament nagħmlu dak li huwa ta' ġid għal pajjiżna”

  • Diċ 14, 2019 14:56
  • Miktub minn iNews

    “Spiċċa ż-żmien tal-politika partiġġjana u wasal iż-żmien li verament nagħmlu dak li huwa ta' ġid għal pajjiżna.” Hekk qal il-Kap tl-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’intervista li kellu fuq l-istazzjon tar-radju tal-PN.

    B’referenza għall-iżviluppi ta’ natura politika li kkaratterizzaw lil Malta f’dawn l-aħħar ġimgħat, Delia qal li “llum nistgħu ngħidu li l-amministrazzjoni kollha tal-Gvern hija kompliċi; il-Ministri u l-Membri Parlamentari Laburisti kollha ghandħom dell fuqhom; l-Eżekuttiv kollu Laburista għażlu l-interess tal-partit tagħhom qabel l-interess nazzjonali.” 

    il-Kap Nazzjonalista tenna li matul il-Kunsill Ġenerali straordinarju tal-PN tressaq dokument li huwa r-risposta għal dak li qiegħed iseħħ f'pajjiżna, u qal li d-dokument fih proposti radikali ta' kif issir il-politika f'pajjiżna. 

    Delia qal li nhar it-Tnejn, mistennija d-deċiżjoni dwar il-publikazzjoni tar-rapport dwar il-kumpanija sigrieta Egrant, talba li għamel hu stess lill-Qorti, wara li Joseph Muscat kien qal li se jippubblika u l-Avukat Ġenerali qed jibqa' jiġġieled biex iżommu moħbi jew maqful f'xi kexxun. Huwa qal li hekk kif il-pajjiż spiċċa f'din il-kriżi, għandha ssir ġustizzja ma’ kull min kellu x'jaqsam ma’ dawn l-istrutturi ta' kumpaniji sigrieti inkluż min għenhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0